L.S. 601.03 · Skedi
Skeda 10. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fid-Dokumenti tal-Akkwist li għandhom x’jaqsmu ma’ Irkanti Elettroniċi
(Regolament 185)
Meta l-awtoritajiet konraenti jiddeċiedu li jagħmlu rkant elettroniku, id-dokumenti tal-akkwist għandhom jinkludu għall-inqas id-dettalji li ġejjin:
(a) il-karatteristiċi, li l-valuri tagħhom ser ikunu s-suġġett tal-irkant elettroniku, dejjem jekk dawn il-karatteristiċi jkunu kwantifikabbli u jistgħu jingħataw f’ċifri jew perċentwali;
(b) kwalunkwe limitu fuq il-valuri li jista’ jiġi sottomess, peress li jirriżulta mill-ispeċifikazzjonijiet relatati mas-suġġett tal-kuntratt;
(ċ) l-informazzjoni li ser titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-offerenti matul l-irkant elettroniku u, fejn dan ikun xierqa, meta ser titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom;
(d) l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna l-proċess tal-irkant elettroniku;
(e) il-kondizzjonijiet li skonthom l-offerenti ser ikunu jistgħu jagħmlu l-offerti tagħhom u, b’mod partikolari, id-differenzi minimi li, fejn dawn ikunu xierqa, ser ikunu meħtieġa għal meta jsiru l-offerti;
(f) l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna t-tagħmir elettroniku użat u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-konnessjoni.
Skeda ta’ qabel
Skeda 9 — Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-Avviżi
Skeda li jmiss
Skeda 11 — Karatteristiċi li jikkonċernaw il-Pubblikazzjoni
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.