L.S. 601.03 · Taqsima II · Bordijiet, Kumitati u Tribunali
Regolament 92. Taħrik ta’ xhieda
Bord ta’ Reviżjoni dwar Kuntratti Pubbliċi
(1) Fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, il-Bord ta’ Reviżjoni għandu d-dritt iħarrek xhieda u jagħti l-ġurament lil kull persuna li tidher quddiemu. Jekk xhud debitament notifikat permezz ta’ avviż iffirmat miċ-chairman tal-Bord ta’ Reviżjoni jonqos milli jidher, dik il-persuna tkun ħatja ta’ reat u teħel, meta tinstab ħatja, multa ta’ mhux inqas minn ħames mitt euro (€500) u mhux iżjed minn ħamest elef euro (€5,000).
(2) In-notifika ta’ kull taħrika, ordni jew att ieħor tal-Bord ta’ Reviżjoni titwettaq permezz ta’ posta reġistrata mill-inqas ħamest ijiem qabel id-data tas-seduta.
(3) Ix-xiehda kollha li tingħata minn xhud li jidher quddiem il-Bord ta’ Reviżjoni għandha tiġi traskritta u titqiegħed bil-miktub fl-atti tal-proċedimenti.
Referenzi
Jirreferu għalih
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.