Aqbeż għall-kontenut

L.S. 601.03 · Taqsima I · Dispożizzjonijet Ġenerali

Regolament 60. Subkuntratt

L-Offerent/Il-Kandidat

Test tal-verżjoni konsolidata. Data tad-dħul fis-seħħ: 27 ta’ Ġunju 2025. Fejn din il-paġna u legislation.mt ma jaqblux, jipprevali legislation.mt: test uffiċjaliIt-test Malti u dak Ingliż huma t-tnejn uffiċjali; f’każ ta’ kunflitt jipprevali t-test Malti. Din il-paġna turi t-test Malti.

(1) Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa tista’ titlob lill-offerent sabiex fl-offerta tiegħu jindika kwalunkwe sehem mill-kuntratt li hu jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala subkuntratt lil partijiet terzi u jindika wkoll kwalunkwe subkuntrattur propost.

(2) L-offerent, bħala l-kuntrattur prinċipali, hu responsabbli għall-atti jew omissjonijiet kollha mwettqa mis-subkuntratturi tiegħu.

(3) Fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet u fir-rigward ta’ servizzi li għandhom jiġu provduti f’faċilità taħt is-superviżjoni diretta tal-awtorità kontraenti, wara l-għoti tal-kuntratt u mhux aktar tard minn meta jibda t-twettiq tal-kuntratt, l-awtorità kontraenti għandha tesiġi lill-kuntrattur prinċipali jindika lill-awtorità kontraenti l-isem, id-dettalji ta’ kuntatt u r-rappreżentanti legali tas-subkuntratturi tiegħu, li huma involuti fit-tali xogħlijiet jew servizzi, kif magħrufa f’dan il-punt ta’ żmien. L-awtorità kontraenti għandha tesiġi lill-kuntrattur prinċipali javża lill-awtorità kontraenti bi kwalunkwe tibdil f’din l-informazzjoni waqt il-perijodu tal-kuntratt kif ukoll bl-informazzjoni meħtieġa dwar kwalunkwe subkuntrattur ġdid li jinvolvi sussegwentement fit-tali xogħlijiet jew servizzi: Iżda dan is-subregolament ma japplikax għal fornituri.

(4) Fejn meħtieġ għall-finijiet tar-regolament 191(2) u (3), l-informazzjoni meħtieġa rigward subkuntratturi għandha tkun akkumpanjata mill-awtodikjarazzjonijiet tas-subkuntratturi kif previst fir-regolament 226.

(5) L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jestendu l-obbligi previsti fis-subregolament (3) għal:

(a) kuntratti ta’ provvista, għal kuntratti ta’ servizzi minbarra dawk li jikkonċernaw servizzi li jiġu provduti fil-faċilitajiet taħt is-superviżjoni diretta tal-awtorità kontraenti jew għal fornituri involuti f’kuntratti ta’ xogħlijiet jew servizzi;

(b) subkuntrattur tas-subkuntratturi tal-kuntrattur prinċipali jew aktar ’l isfel fil-katina ta’ subkuntratti.

(6) Subkuntratturi għandhom josservaw l-obbligi stabbiliti taħt ir-regolament 13(m) waqi l-eżekuzzjoni tal-kuntratti.

(7) L-awtorità kontraenti jkollha d-dritt li tissospendi pagamenti u, jew ukoll tagħżel li tħassar il-kuntratt jekk il-kuntrattur prinċipali jonqos milli josserva l-obbligi tiegħu taħt dan ir-regolament.

Referenzi

Dan ir-regolament jirreferi għal

Jirreferu għalih

Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.

Itlob dimostrazzjoni

Informazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.