L.S. 601.03 · Taqsima I · Dispożizzjonijet Ġenerali
Regolament 32. Valur ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvisti jew servizzi
Il-Valur tal-Kuntratt
(1) Fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizzi u provvisti pubbliċi li huma ta’ natura regolari jew li hemm il-ħsieb li jiġġeddu f’perijodu partikolari, il-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jiġi bbażat fuq dan li ġej:
(a) jew il-valur totali attwali tal-kuntratti suċċessivi tal-istess tip mogħtija matul it-tnax-il xahar preċedenti jew is-sena finanzjarja aġġustata, meta jkun possibbli, biex jitqiesu t-tibdiliet fil-kwantità jew il-valur li jistgħu jseħħu fil-kors tat-tnax-il xahar wara l-kuntratt inizjali; jew
(b) il-valur totali stmat tal-kuntratti suċċessivi mogħtija matul it-tnax-il xahar wara l-ewwel kunsinna, jew matul is-sena finanzjarja jekk din tkun itwal minn tnax-il xahar.
(2) Rigward kuntratti ta’ provvista pubblika li għandhom x’jaqsmu ma’ kiri b’self, kiri jew xiri bin-nifs ta’ prodotti, il-valur li jrid jittieħed bħala bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jkun kif ġej:
(a) fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi fuq terminu fiss, meta dak t-terminu jkun inqas minn jew ugwali għal tnax-il xahar, il-valur totali stmat għat-terminu tal-kuntratt jew, meta t-terminu tal-kuntratt huwa aktar minn tnax-il xahar, il-valur totali inkluż il-valur residwu stmat;
(b) fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi mingħajr terminu fiss jew li t-terminu tagħhom ma jistax jiġi definit, il-valur ta’ kull xahar imultiplikat bi 48.
(3) Rigward kuntratti pubbliċi ta’ servizzi, il-valur li jrid jintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt, fejn xieraq, għandu jkun kif ġej:
(a) servizzi ta’ assigurazzjoni: il-primjum pagabbli, u forom oħra ta’ remunerazzjoni;
(b) servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħrajn: il-miżati, il-kummissjonijiet pagabbli, l-imgħax u forom oħra ta’ remunerazzjoni;
(ċ) kuntratti ta’ disinn: il-miżati, il-kummissjonijiet pagabbli u forom oħra ta’ remunerazzjoni.
(4) Rigward kuntratti pubbliċi ta’ servizzi li ma jindikawx prezz totali, il-valur li jrid jintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jkun kif ġej:
(a) fil-każ ta’ kuntratti li għandhom perijodu determinat, sakemm dan huwa ugwali jew inqas minn 48 xahar: il-valur totali għat-terminu sħiħ tagħhom;
(b) fil-każ ta’ kuntratti mingħajr skont fiss jew bi skont aktar minn 48 xahar: il-valur ta’ kull xahar immultiplikat bi 48.
Regolament ta’ qabel
31 — Valur ta’ xogħlijiet pubbliċi
Regolament li jmiss
33 — Diviżjoni ta’ kuntratti f’lottijiet
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.