Aqbeż għall-kontenut

L.S. 601.03 · Taqsima IX · Rimedji

Regolament 283. Appell minn deċiżjoni li jitħassar kuntratt

Ineffettività ta’ Kuntratt

Test tal-verżjoni konsolidata. Data tad-dħul fis-seħħ: 27 ta’ Ġunju 2025. Fejn din il-paġna u legislation.mt ma jaqblux, jipprevali legislation.mt: test uffiċjaliIt-test Malti u dak Ingliż huma t-tnejn uffiċjali; f’każ ta’ kunflitt jipprevali t-test Malti. Din il-paġna turi t-test Malti.

(1) Meta d-Direttur joħroġ deċiżjoni li biha jħassar kuntratt jew ftehim skont ir-regolament 261(7) huwa għandu jara li jwassal din id-deċiżjoni lill-kuntrattur milqut b’dak it-tħassir. Il-kuntrattur jkollu għaxart ijiem min-notifika ta’ din id-deċiżjoni sabiex iressaq l-oġġezzjoni motivata tiegħu quddiem il-Bord ta’ Reviżjoni.

(2) Din l-oġġezzjoni tkun valida biss jekk ikollha magħha depożitu ta’ erba’ mitt euro (€400), liema depożitu jista’ jintilef jew jintradd lura kollu jew parzjalment skont kif jiddeċiedi l-Bord ta’ Reviżjoni fid-deċiżjoni tiegħu.

(3) Is-Segretarju tal-Bord ta’ Reviżjoni għandu minnufih jgħarraf lid-Direttur, li tkun ġiet preżentata oġġezzjoni taħt l-awtorità tagħhom u li għalhekk d-deċiżjoni li biha jkun tħassar il-kuntratt tkun minnufih sospiża.

(4) L-oġġezzjoni hekk ippreżentata għandha tiġi mwaħħla fuq in-notice board tal-Bord ta’ Reviżjoni.

(5) Id-Direttur jkollu l-jedd li jressaq risposta bil-miktub għall-oġġezzjoni fi żmien għaxart ijiem mid-data li jirċievi kopja tal-oġġezzjoni, liema risposta wkoll għandha titwaħħal fuq in-notice board tal-Bord ta’ Reviżjoni.

(6) Is-Segretarju tal-Bord ta’ Reviżjoni għandu jgħarraf lill-partijiet interressati dwar id-data jew dati, kif ikun il-każ, meta l-oġġezzjoni ser tinstema’.

(7) Meta jintemm is-smigħ verbali, il-Bord ta’ Reviżjoni, jekk ma jagħtix id-deċiżjoni fl-istess jum, għandu jħalli d-deċiżjoni għall-aktar data bikrija possibbli għal dak il-għan, iżda mhux aktar tard minn sitt ġimgħat mid-data tas-smigħ verbali: Iżda għal raġunijiet serji u ġustifikati espressi bil-miktub permezz ta’ ordni notifikat lill-partijiet kollha, il-Bord ta’ Reviżjoni jista’ jmexxi s-sentenza għal perijodu aktar tard.

(8) Is-Segretarju tal-Bord ta’ Reviżjoni għandu jżomm verbal tar-raġunijiet ta’ kull aġġornament u ta’ kull ħaġa li ssir f’kull seduta.

(9) Wara li jagħrbel l-evidenza kollha u wara li jqis is-sottomissjonijiet kollha mressqa mill-partijiet, il-Bord ta’ Reviżjoni għandu jiddeċiedi dwar jekk għandux jilqa’ jew jiċħad l-oġġezzjoni kontra t-tħassir tal-kuntratt.

(10) Kull deċiżjoni meħuda skont dan ir-regolament hija suġġetta għal appell quddiem il-Qorti tal-Appell skont it-termini u obbligi stabbiliti f’dawn ir-regolamenti.

Referenzi

Dan ir-regolament jirreferi għal

Jirreferu għalih

Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.

Itlob dimostrazzjoni

Informazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.