Aqbeż għall-kontenut

L.S. 601.03 · Taqsima I · Dispożizzjonijet Ġenerali

Regolament 27. Akkwist imħallat li jinvolvi aspetti ta’ difiża jew sigurtà

Akkwist Imħallat

Test tal-verżjoni konsolidata. Data tad-dħul fis-seħħ: 27 ta’ Ġunju 2025. Fejn din il-paġna u legislation.mt ma jaqblux, jipprevali legislation.mt: test uffiċjaliIt-test Malti u dak Ingliż huma t-tnejn uffiċjali; f’każ ta’ kunflitt jipprevali t-test Malti. Din il-paġna turi t-test Malti.

(1) Dan ir-regolament għandu japplika fil-każ ta’ kuntratti mħallta li għandhom, bħala suġġett, akkwist kopert mill-Artikolu 346 tat-TFUE jew mir-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Kuntratti Pubbliċi minn Awtoritajiet jew Entitajiet Kontraenti fl-Oqsma tad-Difiża u s-Sigurtà.

(2) Fejn partijiet differenti ta’ kuntratt pubbliku partikolari huma oġġettivament separabbli, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għal partijiet separati jew jagħtu kuntratt uniku.

(3) Fejn l-awtoritajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratti separati għal partijiet separati, id-deċiżjoni dwar liema reġim legali japplika għal kwalunkwe wieħed minn tali kuntratti separati għandha tittieħed abbażi tal-karatteristiċi tal-parti separata kkonċernata.

(4) Fejn l-awtoritajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt uniku, il-kriterji li ġejjin għandhom japplikaw biex jiddeterminaw ir-reġim legali applikabbli:

(a) fejn parti minn kuntratt partikolari hija koperta mill-Artikolu 346 tat-TFUE, il-kuntratt jista’ jingħata mingħajr l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti, dment li l-għoti ta’ kuntratt uniku huwa ġustifikat għal raġunijiet oġġettivi;

(b) fejn parti minn kuntratt partikolari hija koperta bir-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Kuntratti Pubbliċi minn Awtoritajiet jew Entitajiet Kontraenti fl-Oqsma tad-Difiża u s-Sigurtà, il-kuntratt jista’ jingħata f’konformità ma’ dawk ir-regolamenti dment li l-għoti ta’ kuntratt uniku jkun ġustifikat għal raġunijiet oġġettivi: Iżda dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-limiti u l-esklużjonijiet previsti fir-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Kuntratti Pubbliċi minn Awtoritajiet jew Entitajiet Kontraenti fl-Oqsma tad-Difiża u s-Sigurtà.

(5) Id-deċiżjoni li jingħata kuntratt uniku m’għandhiex, madankollu, tittieħed bl-iskop li teskludi kuntratti mill-applikazzjoni jew ta’ dawn ir-regolamenti jew tar-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Kuntratti Pubbliċi minn Awtoritajiet jew Entitajiet Kontraenti fl-Oqsma tad-Difiża u s-Sigurtà.

(6) Id-dispożizzjonijiet tas-subregolament (4)(a) għandhom japplikaw għal kuntratti mħallta li għalihom kieku japplikaw iż-żewġ paragrafi (a) u (b) tas-subregolament (4).

(7) Fejn partijiet differenti ta’ kuntratt partikolari mhumiex oġġettivament separabbli, il-kuntratt jista’ jingħata mingħajr l-applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti fejn jinkludi l-elementi li għalihom japplika l-Artikolu 346 ta-TFUE; inkella jista’ jingħata f’konformità mar-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Kuntratti Pubbliċi minn Awtoritajiet jew Entitajiet Kontraenti fl-Oqsma tad-Difiża u s-Sigurtà.

Imsemmi fil-marġniL.S. 601.07 · S.L. 601.07

Referenzi

Jirreferu għalih

Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.

Itlob dimostrazzjoni

Informazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.