L.S. 601.03 · Taqsima VI · Esklużjoni u Black Listing ta’ Operaturi Ekonomiċi
Regolament 194. Raġunijiet oħra għall-esklużjoni
Esklużjoni ta’ Operaturi Ekonomiċi
Kuntratt ukoll m’għandux jingħata lil operatur ekonomiku li, waqt il-proċedura ta’ akkwist għal dak il-kuntratt:
(a) ikun fallut jew ikun għaddej minn proċeduri dwar insolvenza jew stralċ, jew ikollu l-affarijiet tiegħu amministrati minn likwidatur jew minn qorti, ikun għamel arranġament mal-kredituri jew ikun issospenda l-attivitajiet kummerċjali tiegħu jew ikun qiegħed f’sitwazzjoni bħal dik li toriġina minn proċedura simili taħt liġijiet u regolamenti nazzjonali;
(b) ikollu konflitt ta’ interess, kif imfisser fit-tifsira fir-regolament 2, li ma jistax jiġi rimedjat effettivament b’mezzi inqas intrużivi;
(ċ) kien involut fit-tħejjija tal-proċedura tal-akkwist, sakemm din l-esklużjoni ma tistax tiġi rimedjata b’mezzi inqas intrużivi.
Fuq dan is-sit
Regolament ta’ qabel
193 — Esklużjoni għal nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligi li jirrigwardaw taxxi u kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali
Regolament li jmiss
195 — Tneħħija tal-esklużjoni
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.