L.S. 601.03 · Taqsima VI · Esklużjoni u Black Listing ta’ Operaturi Ekonomiċi
Regolament 193. Esklużjoni għal nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligi li jirrigwardaw taxxi u kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali
Esklużjoni ta’ Operaturi Ekonomiċi
(1) Operatur ekonomiku għandu bl-istess mod jiġi eskluż milli jipparteċipa fi proċedura ta’ akkwist fejn l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa tkun konxja li l-operatur ekonomiku qed jikser l-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali u fejn dan ġie stabbilit b’deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva li jkollha effett finali u vinkolanti.
(2) L-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa tista’ wkoll teskludi l-parteċipazzjoni tal-operatur ekonomiku minn proċedura tal-akkwist meta tista’ turi bi kwalunkwe mezz xieraq li l-operatur ekonomiku qed jikser l-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas tat-taxxi jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ukoll fl-assenza ta’ deċiżjoni ġudizzjarja jew amministrattiva lokali jew ta’ pajjiż ieħor.
(3) It-terminu "mezz xieraq" taħt dan ir-regolament jinkludi kull ċertifikat, dikjarazzjoni jew dokumentazzjoni maħruġa minn entità kompetenti li juru li dak l-operatur ekonomiku kiser l-obbligi tiegħu dwar il-ħlas ta’ taxxi u, jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali.
(4) L-esklużjoni msemmija f’dan ir-regolament ma għandhiex tibqa’ tapplika meta operatur ekonomiku jkun issodisfa l-obbligi tiegħu billi ħallas jew daħal fi ftehim vinkolanti bil-ħsieb li jitħallsu t-taxxi jew il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali dovuti, inkluż, fejn applikabbli, kwalunkwe interess akkumulat jew multi.
Fuq dan is-sit
Regolament ta’ qabel
192 — Esklużjoni għal raġunijiet ta’ kundanna
Regolament li jmiss
194 — Raġunijiet oħra għall-esklużjoni
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.