L.S. 601.03 · Taqsima IV · Tipi ta’ Proċeduri ta’ Akkwist
Regolament 165. Kuntratti riżervati għal ċerti servizzi
Kuntratti Riżervati u Kuntratti għal Servizzi Soċjali u Servizzi Speċifiċi Oħrajn
(1) L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jirriżervaw id-dritt li organizzazzjoni tipparteċipa fi proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi esklussivament għal dawk is-servizzi ta’ saħħa, dawk soċjali u dawk kulturali kif imsemmijin fir-regolament 162, li huma koperti mill-kodiċi CPV 75121000-0, 75122000-7, 75123000-4, 79622000-0, 79624000-4, 79625000-1, 80110000-8, 80300000-7, 80420000-4, 80430000-7, 80511000-9, 80520000-5, 80590000-6, minn 85000000-9 sa 85323000-9, 92500000-6, 92600000-7, 98133000-4, 98133110-8.
(2) Organizzazzjoni msemmija fis-subregolament (1) għandha tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a) l-objettiv tagħha huwa t-twettiq ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku marbuta mat-twassil tas-servizzi msemmijin subregolament (1);
(b) il-profitti jerġgħu jiġu investiti bil-għan li jinkiseb l-objettiv tal-organizzazzjoni. Fejn il-profitti jkunu mqassma jew jerġgħu jitqassmu, dan għandu jkun ibbażat fuq konsiderazzjonijiet parteċipattivi;
(ċ) l-istrutturi tal-ġestjoni jew tas-sjieda tal-organizzazzjoni li qed twettaq il-kuntratt għandhom huma bbażati fuq sjieda mill-impjegati jew prinċipji parteċipattivi, jew jeħtieġu l-parteċipazzjoni attiva tal-impjegati, l-utenti jew il-partijiet interessati; u
(d) l-organizzazzjoni ma tkunx ingħatat kuntratt għas-servizzi konċernati mill-awtorità kontraenti konċernata skont dan ir-regolament fl-aħħar tliet snin.
(3) It-tul massimu tal-kuntratt ma għandux ikun aktar minn tliet snin.
(4) Is-sejħa għal kompetizzjoni maħruġa taħt din it-Taqsima għandha tagħmel referenza għal dan ir-regolament.
Referenzi
Dan ir-regolament jirreferi għal
Regolament ta’ qabel
164 — Prinċipji dwar l-għoti ta’ kuntratti
Regolament li jmiss
166 — Entitajiet imsemmija fl-Iskeda 3
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.