L.S. 601.03 · Taqsima IV · Tipi ta’ Proċeduri ta’ Akkwist
Regolament 124. Suġġett tal-akkwist
Proċedura Kompetittiva permezz ta’ Negozjar
(1) Fid-dokumenti ta’ akkwist, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jidentifikaw is-suġġett tal-akkwist billi jipprovdu deskrizzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom u l-karatteristiċi mitluba mill-provvisti, xogħlijiet jew servizzi li ser jiġu akkwistati u jispeċifikaw il-kriterji għall-għoti tal-kuntratt. Huma għandhom jindikaw ukoll liema elementi tad-deskrizzjoni jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi li għandhom jintlaħqu mill-offerenti kollha.
(2) L-informazzjoni mogħtija għandha tkun preċiża biżżejjed sabiex l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jidentifikaw in-natura u l-ambitu tal-akkwist u jistgħu jiddeċiedu jekk jitolbux li jieħdu sehem fil-proċedura.
Referenzi
Jirreferu għalih
Regolament ta’ qabel
123 — Proċedura kompetittiva b’negozjar
Regolament li jmiss
125 — Limiti ta’ żmien
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.