L.S. 601.03 · Taqsima III · Regoli li japplikaw għal Offerti Dipartimentali
Regolament 102. Sejħa għal kwotazzjonijiet
Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt
(1) Sakemm ma tingħatax awtorizzazzjoni bil-miktub mid-Direttur, sejħiet għal kwotazzjonijiet li jeċċedu ħamest elef euro (€5,000) u sejħiet dipartimentali għal offerti għandhom jiġu ppubblikati fil-pjattaforma tal-akkwist elettroniku tal-gvern.
(2) Jekk l-awtorità responsabbli għat-tmexxija tas-sejħa ma tużax il-pjattaforma tal-akkwist elettroniku tal-gvern għal kwotazzjonijiet jew għal sejħiet dipartimentali għal offerti, li l-valur stmat tagħhom jaqbeż il-hamest elef euro (€5,000), hija għandha tavza bil-pubblikazzjoni tagħhom permezz ta’ avviż fil-Gazzetta.
Fuq dan is-sit
Regolament ta’ qabel
101 — Valur tal-kuntratt iżjed minn €10,000 li ma jeċċedix il-limitu
Regolament li jmiss
103 — Kuntratt dirett f’każijiet eċċezzjonali
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.