Aqbeż għall-kontenut

L.S. 601.03 · Taqsima III · Regoli li japplikaw għal Offerti Dipartimentali

Regolament 100. Valur tal-kuntratt taħt €10,000

Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt

Test tal-verżjoni konsolidata. Data tad-dħul fis-seħħ: 27 ta’ Ġunju 2025. Fejn din il-paġna u legislation.mt ma jaqblux, jipprevali legislation.mt: test uffiċjaliIt-test Malti u dak Ingliż huma t-tnejn uffiċjali; f’każ ta’ kunflitt jipprevali t-test Malti. Din il-paġna turi t-test Malti.

(1) (1) Meta l-istima tal-valur ma tkunx iżjed minn ħamest elef euro (€5,000) il-provvisti, xogħlijiet jew servizzi jistgħu jiġu akkwistati mid-dipartiment nnifs u jew wara li jkun kiseb għall-inqas tliet (3) kwotazzjonijiet jew wara pubblikazzjoni fil-pjattaforma tal-akkwist elettroniku tal-gvern jew direttament mis-suq liberu fid-diskrezzjoni tal-Kap tal-Awtorità Kontraenti, wara li jqis x’ikun l-ammont involut, l-urġenza li biha jkun irid isir l-akkwist u r-restrizzjonijiet tal-għażla u d-disponibbilità: Iżda l-Kap ta’ Awtorità Kontraenti, elenkata fl-Iskeda 1, jista’ jiddelega l-awtorità tiegħu bil-miktub, waqt li jagħti r-raġunijiet għal dik id-delega, lil uffiċjal anzjan ta’ entità li tifforma parti mill-Awtorità Kontraenti, għall-akkwist pubbliku permezz ta’ kuntratt dirett għal provvisti, xogħlijiet jew servizzi, fejn il-valur ma jeċċedix ħames mitt euro (€500). Iżda l-akkwist pubbliku skont dak li hu msemmi hawn qabel ma għandux jeċċedi valur totali ta’ ħamest elef euro (€5,000) matul perjodu ta’ sena kalendarja: Iżda wkoll kull sitt xhur, l-uffiċjal anzjan, li jirċievi dik id-delega mill-Kap tal-Awtorità Kontraenti, għandu jagħti lill-Kap lista sħiħa tal-akkwisti pubbliċi kollha li jkunu saru skont dan is-subregolament. Din il-lista għandha tinkludi d-data tax-xiri, isem l-operatur ekonomiku, it-tip t’akkwist, in-numru tal-fattura, ir-referenza dwar il-pagament, u l-valur tal-provvisti, xogħlijiet jew servizzi: Iżda fl-aħħarnett il-Kap tal-Awtorità Kontraenti jista’ jirtira din id-delega fi kwalunkwe żmien fid-diskrezzjoni tiegħu.

(2) Meta l-istima tal-valur tkun teċċedi ħamest elef euro (€5,000), iżda ma tkunx iżjed minn għaxart elef euro (€10,000), il-provvisti, xogħlijiet jew servizzi jistgħu jiġu akkwistati mid-dipartiment nnifsu jew wara li jkun kiseb kwotazzjonijiet permezz tal-pjattaforma tal-akkwist elettroniku tal-gvern jew direttament mis-suq liberu fid-diskrezzjoni tal-Kap tal-Awtorità Kontraenti jew xi persuna delegata minnu bil-miktub, wara li jqis x’jkun l-ammont involut, l-urġenza li biha jkun irid isir l-akkwist u r-restrizzjonijiet tal-għażla u d-disponibbilità.

Emendat b’A.L. 155 tal-2017 · A.L. 233 tal-2017

Referenzi

Skedi li jirreferi għalihom

Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.

Itlob dimostrazzjoni

Informazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.