L.S. 601.07 · Skedi
Skeda VII. Rekwiżiti relatati mal-mezzi għar-riċezzjoni elettronika ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni u ta’ offerti
Il-mezzi biex jaslu talbiet għall-parteċipazzjoni u offerti b’mod elettroniku għandhom mill-anqas jiggarantixxu, permezz tal-mezzi tekniċi u l-proċeduri xierqa, li:
(a) il-firem elettroniċi dwar it-talbiet għall-parteċipazzjoni u tal-offerti jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet nazzjonali b’applikazzjoni tad-Direttiva 1999/93/KE;
(b) il-ħin u d-data eżatti tar-riċeviment tat-talbiet għall-parteċipazzjoni u tal-offerti jistgħu jkunu determinati bi preċiżjoni;
(ċ) jista’ jkun raġonevolment żgurat li, qabel il-limiti ta’ żmien speċifikati, ħadd ma jista’ jkollu aċċess għad-data trasmessa skont dawn ir-rekwiżiti;
(d) f’każ ta’ vjolazzjoni ta’ din il-projbizzjoni ta’ aċċess, jista’ jkun raġonevolment żgurat li l-vjolazzjoni tinkixef b’mod ċar;
(e) il-persuni awtorizzati biss jistgħu jistabbilixxu jew jimmodifikaw id-dati tal-ftuħ tad-data riċevuta;
(f) waqt l-istadji differenti tal-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt, l-azzjoni simultanja biss tal-persuni awtorizzati tista’ tippermetti l-aċċess għat-totalità, jew għal parti waħda, tad-data ppreżentata;
(g) l-azzjoni simultanja tal-persuni awtorizzati ma tistax tagħti aċċess għad-data trasmessa ħlief wara d-data speċifikata;
(h)id-data riċevuta u miftuħa f’applikazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti ma tibqax aċċessibbli ħlief għall-persuni awtorizzati li jsiru jafu biha.
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.