Aqbeż għall-kontenut

L.S. 601.07 · Skedi

Skeda VI. REĠISTRI

Test tal-verżjoni konsolidata. Data tad-dħul fis-seħħ: 25 ta’ Ottubru 2011. Fejn din il-paġna u legislation.mt ma jaqblux, jipprevali legislation.mt: test uffiċjaliIt-test Malti u dak Ingliż huma t-tnejn uffiċjali; f’każ ta’ kunflitt jipprevali t-test Malti. Din il-paġna turi t-test Malti.

PARTI A

Kuntratti tax-xogħlijiet

Ir-reġistri professjonali kif ukoll id-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati korrispondenti għal kull Stat Membru huma:

- għall-Belġju, ‘Registre du Commerce’/‘Handelsregister’,

- għall-Bulgarija, ‘Търговски регистър’,

- għar-Repubblika Ċeka, ‘obchodní rejstřík’,

- għad-Danimarka, ‘Erhvervs- og Selskabsstyrelsen’,

- għall-Ġermanja, ‘Handelsregister’ u ‘Handwerksrolle’,

- għall-Estonja, ‘Registrite ja Infosüsteemide Keskus’,

- għall-Irlanda, kuntrattur jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat maħruġ mir-‘Registrar of Companies’ jew ir-‘Registrar of Friendly Societies’ jew, fin-nuqqas ta’ dan, ċertifikat li juri li huwa ddikjara taħt ġurament li jeżerċita l-professjoni inkwistjoni fil-pajjiż fejn huwa stabbilit, f’post speċifiku u b’denominazzjoni kummerċjali determinata,

- għall-Greċja, ‘Μητρώο Εργοληπτικών Επιχειρήσεων’- MEΕΠ’ tal-Ministeru tal-ambjent, tal-iżvilupp tat-territorju u tax-xogħlijiet pubbliċi (Υ.ΠΕ.ΧΩ.Δ.Ε),

- għal Spanja, ‘Registro Oficial de Licitadores y Empresas Clasificadas del Estado’,

- għal Franza, ‘Registre du commerce et des sociétés’ u ‘Répertoire des métiers’,

- għall-Italja, ‘Registro della Camera di commercio, industria, agricoltura e artigianato’,

- għal Ċipru, il-kuntrattur jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat tal-‘Council for the Registration and Audit of Civil Engineering and Building Contractors (Συμβούλιο Εγγραφήςκαι Ελέγχου Εργοληπτών Οικοδομικών και Τεχνικών Έργων)’ konformement mar-Registration and Audit of Civil Engineering and Building Contractors Law,

- għal-Latvja, ‘Uzņēmumu reģistrs’ ‘Reġistru tal-intrapriżi’,

- għal-Litwanja, ‘Juridinių asmenų registras’,

- għal-Lussemburgu, ‘Registre aux firmes’ u ‘Rôle de la Chambre des métiers’,

- għall-Ungerija, ‘Cégnyilvántartás’, ‘egyéni vállalkozók jegyzői nyilvántartása’,

- għal Malta, il-kuntrattur jikseb in-‘numru ta’ reġistrazzjoni tat-Taxxa tal-Valur Miżjud (VAT) u n-numru tal-liċenza ta’ kummerċ’ tiegħu, u, f’każ ta’ sħubija jew kumpannija, in-numru ta’ reġistrazzjoni pertinenti kif mogħti mill-awtorità Maltija tas-servizzi finanzjarji,

- fl-Olanda, ‘Handelsregister’,

- għall-Awstrija, ‘Firmenbuch’, ‘Gewerberegister’, ‘Mitgliederverzeichnisse der Landeskammern’,

- għall-Polonja, ‘Krajowy Rejestr Sądowy’ (Reġistru nazzjonali),

- għall-Portugall, ‘Instituto da Construção e do Imobiliário’ (INCI),

- għar-Rumanija, ‘Registrul Comerţului’,

- għas-Slovenja, ‘Sodni register’ u ‘obrtni register’,

- għas-Slovakkja, ‘Obchodný register’,

- għall-Finlandja, ‘Kaupparekisteri’/‘Handelsregistret’,

- għall-Isvezja, ‘aktiebolags-, handels- eller föreningsregistren’,

- għar-Renju Unit, kuntrattur jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat maħruġ mir-‘Registrar of Companies’ jew, fin-nuqqas ta’ dan, ċertifikat li juri li huwa ddikjara taħt ġurament li jeżerċita l-professjoni inkwistjoni fil-pajjiż fejn huwa stabbilit, f’post speċifiku u b’denominazzjoni kummerċjali determinata.

PARTI B

Kuntratti tal-provvisti

Ir-reġistri professjonali jew kummerċjali u d-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati korrispondenti huma:

- għall-Belġju, ‘Registre du commerce’/‘Handelsregister’,

- għall-Bulgarija, ‘Търговски регистър’,

- għar-Repubblika Ċeka, ‘obchodní rejstřík’,

- għad-Danimarka, ‘Erhvervs- og Selskabsstyrelsen’,

- għall-Ġermanja, ‘Handelsregister’ u ‘Handwerksrolle’,

- għall-Estonja, ‘Registrite ja Infosüsteemide Keskus’,

- għall-Greċja, ‘Βιοτεχνικό ή Εμπορικό ή Βιομηχανικό Επιμελητήριο’, u ‘Μητρώο Κατασκευαστών Αμυντικού Υλικού’,

- għal Spanja, ‘Registro Mercantil’ jew, fil-każ ta’ persuni mhux reġistrati, ċertifikat li juri li l-persuna kkonċernata ddikjarat taħt ġurament li teżerċita l-professjoni inkwistjoni,

- għal Franza, ‘Registre du commerce et des sociétés’ u ‘Répertoire des métiers’,

- għall-Irlanda, fornitur jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat maħruġ mir-‘Registrar of Companies’ jew ir-‘Registrar of Friendly Societies’ u li juri li huwa fforma kumpannija jew li huwa mniżżel f’reġistru kummerċjali jew, fin-nuqqas ta’ dan, ċertifikat li juri li huwa ddikjara taħt ġurament li jeżerċita l-professjoni inkwistjoni fil-pajjiż fejn huwa stabbilit, f’post speċifiku u b’denominazzjoni kummerċjali determinata,

- għall-Italja, ‘Registro della Camera di commercio, industria, agricoltura e artigianato’ u ‘Registro delle Commissioni provinciali per l’artigianato’,

- għal Ċipru, il-fornitur jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat mir-‘Registrar of Companies and Official Receiver’ (Έφορος Εταιρειών και Επίσημος Παραλήπτης) jew, jekk dan mhux il-każ, attestat li jippreċiża li l-interessat iddikjara taħt ġurament li jeżerċita l-professjoni inkwistjoni fil-pajjiż fejn huwa stabbilit, f’post speċifiku u b’denominazzjoni kummerċjali determinata,

- għal-Latvja, ‘Uzņēmumu reģistrs’ (‘Reġistru tal-intrapriżi’),

- għal-Litwanja, ‘Juridinių asmenų registras’,

- għal-Lussemburgu, ‘Registre aux firmes’ u ‘Rôle de la Chambre des métiers’,

- għall-Ungerija, ‘Cégnyilvántartás’, ‘egyéni vállalkozók jegyzői nyilvántartása’,

- għal Malta: il-fornitur jikseb ‘numru ta’ reġistrazzjoni tat-Taxxa tal-Valur Miżjud (VAT) u n-numru tal-liċenza ta’ kummerċ’ tiegħu, u jekk tkun sħubija jew kumpannija, ‘in-numru ta’ reġistrazzjoni pertinenti kif mogħti mill-awtorità Maltija tas-servizzi finanzjarji’,

- għall-Olanda, ‘Handelsregister’,

- għall-Awstrija, ‘Firmenbuch’, ‘Gewerberegister’, ‘Mitgliederverzeichnisse der Landeskammern’,

- għall-Polonja, ‘Krajowy Rejestr Sądowy’,

- għall-Portugall, ‘Registo nacional das Pessoas Colectivas’,

- għar-Rumanija, ‘Registrul Comerţului’,

- għas-Slovenja, ‘Sodni register’ u ‘obrtni register’,

- għas-Slovakkja, ‘Obchodný register’,

- għall-Finlandja, ‘Kaupparekisteri’/‘Handelsregistret’,

- għall-Isvezja, ‘aktiebolags-, handels- eller föreningsregistren’,

- għar-Renju Unit, fornitur jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat maħruġ mir-‘Registrar of Companies’ u li juri li dan ifforma kumpannija jew huwa mniżżel f’reġistru kummerċjali jew, fin-nuqqas ta’ dan, ċertifikat li juri li dan iddikjara taħt ġurament li jeżerċita l-professjoni inkwistjoni f’post speċifiku u b’denominazzjoni kummerċjali determinata.

PARTI Ċ

Kuntratti tas-servizzi

Ir-reġistri professjonali jew kummerċjali u d-dikjarazzjonijiet u ċ-ċertifikati korrispondenti huma:

- għall-Belġju, ‘Registre du commerce/Handelsregister’ u ‘Ordres professionnels -/Beroepsorden’,

- għall-Bulgarija, ‘Търговски регистър’,

- għar-Repubblika Ċeka, ‘obchodní rejstřík’,

- għad-Danimarka, ‘Erhvervs- og Selskabsstyrelsen’,

- għall-Ġermanja, ‘Handelsregister’, ‘Handwerksrolle’, ‘Vereinsregister’, ‘Partnerschaftsregister’ u ‘Mitgliedsverzeichnisse der Berufskammern der Länder’,

- għall-Estonja, ‘Registrite ja Infosüsteemide Keskus’,

- għall-Irlanda, min jipprovdi s-servizzi jista’ jkun mistieden li jipproduċi ċertifikat maħruġ mir-‘Registrar of companies’, jew ir-‘Registrar of Friendly Societies’ jew, fin-nuqqas ta’ dan, ċertifikat li juri li huwa ddikjara taħt ġurament li jeżerċita l-professjoni inkwistjoni fil-pajjiż fejn hu stabbilit, f’post speċifiku u b’denominazzjoni kummerċjali determinata,

- għall-Greċja, min jipprovdi s-servizzi jista’ jkun mistieden jipproduċi dikjarazzjoni taħt ġurament quddiem nutar rigward l-eżerċizzju tal-professjoni kkonċernata; fil-każijiet previsti mill-leġislazzjoni nazzjonali fis-seħħ, għal provvista tas-servizzi ta’ studji kif imsemmi fl-Anness I, ir-reġistru professjonali ‘Μητρώο Μελετητών’ kif ukoll ‘Μητρώο Γραφείων Μελετών’,

- għal Spanja, ‘Registro Oficial de Licitadores y Empresas Clasificadas del Estado’,

- għal Franza, ‘Registre du commerce et des sociétés’ u ‘Répertoire des métiers’,

- għall-Italja, ‘Registro della Camera di commercio, industria, agricoltura e artigianato’, ‘Registro delle commissioni provinciali per l’artigianato’, ‘Consiglio nazionale degli ordini professionali’,

- għal Ċipru, min jipprovdi s-servizzi jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat mir-‘Registrar of Companies and Official Receiver’ (Έφορος Εταιρειών και ΕπίσημοςΠαραλήπτης) jew, jekk dan mhux il-każ, attestat li jippreċiża li l-interessat iddikjara taħt ġurament li jeżerċita l-professjoni inkwistjoni fil-pajjiż fejn hu stabbilit, f’post speċifiku u b’denominazzjoni kummerċjali determinata,

- għal-Latvja, ‘Uzņēmumu reģistrs’ (‘Reġistru tal-intrapriżi’),

- għal-Litwanja, ‘Juridinių asmenų registras’,

- għal-Lussemburgu, ‘Registre aux firmes’ u ‘Rôle de la Chambre des métiers’,

- għall-Ungerija, ‘Cégnyilvántartás’, ‘egyéni vállalkozók jegyzői nyilvántartása’, ċerti ‘szakmai kamarák nyilvántartása’ jew, fil-każ ta’ ċerti attivitajiet, ċertifikat li juri li l-persuna kkonċernata hija awtorizzata teżerċita l-attività kummerċjali jew il-professjoni inkwistjoni,

- għal Malta, min jipprovdi s-servizzi jikseb in-‘numru ta’ reġistrazzjoni tat-Taxxa tal-Valur Miżjud (VAT) u n-numru tal-liċenza ta’ kummerċ’ tiegħu, u, jekk tkun sħubija jew kumpannija, in-numru ta’ reġistrazzjoni pertinenti kif mogħti mill-awtorità Maltija tas-servizzi finanzjarji,

- għall-Olanda, ‘Handelsregister’,

- għall-Awstrija, ‘Firmenbuch’, ‘Gewerberegister’, ‘Mitgliederverzeichnisse der Landeskammern’,

- għall-Polonja, ‘Krajowy Rejestr Sądowy’ (Reġistru nazzjonali),

- għall-Portugall, ‘Registo nacional das Pessoas Colectivas’,

- għar-Rumanija, ‘Registrul Comerţului’,

- għas-Slovenja, ‘Sodni register’ u ‘obrtni register’,

- għas-Slovakkja, ‘Obchodný register’,

- għall-Finlandja, ‘Kaupparekisteri’/‘Handelsregistret’,

- għall-Isvezja, ‘aktiebolags-, handels- eller föreningsregistren’,

- għar-Renju Unit, min jipprovdi s-servizzi jista’ jkun mistieden jipproduċi ċertifikat maħruġ mir-‘Registrar of companies’ jew, fin-nuqqas ta’ dan, ċertifikat li juri li huwa ddikjara taħt ġurament li jeżerċita l-professjoni inkwistjoni f’post speċifiku u b’denominazzjoni kummerċjali determinata.

Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.

Itlob dimostrazzjoni

Informazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.