L.S. 601.07 · Taqsima II · Regoli dwar Kuntratti
Regolament 11. Kuntratti ta’ ftehim qafas mogħtija minn korpi ċentrali ta’ xiri
Sezzjoni 2 Korp ċentrali ta’ xiri
(1) L-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti jistgħu jixtru xogħlijiet, provvista u jew servizzi minn jew permezz ta’ korp ċentrali ta’ xiri.
(2) L-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti li jixtru xogħlijiet, provvisti u jew servizzi minn jew permezz ta’ korp ċentrali ta’ xiri fil-każi stabbiliti fit-tifsira ta’ korp ċentrali ta’ xiri fir-regolament 2 għandhom ikunu meqjusa li kkonformaw ma’ dawn ir-regolamenti safejn:
(a) il-korp ċentrali ta’ xiri jkun ikkonforma magħhom, jew
(b) meta l-korp ċentrali ta’ xiri ma jkunx l-awtorità jew entità kontraenti, ir-regoli tal-għoti tal-kuntratt li jkunu applikati jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti u l-kuntratti li jingħataw jistgħu jkunu suġġetti għal rimedji suffiċjenti komparabbli ma’ dawk previsti f’dawn ir-regolamenti.
Referenzi
Dan ir-regolament jirreferi għal
Regolament ta’ qabel
10 — Metodi ta’ kalkolu tal-valur stmat ta’ kuntratt u ta’ ftehim qafas
Regolament li jmiss
12 — Użu ta’ esklużjonijiet
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.