L.S. 601.05 · Skedi
Skeda 15. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-Avviżi dwar Modifiki ta’ Kuntratt matul it-terminu tiegħu [Regolament 177(1)]
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it- telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
2. L-attività ewlenija mwettqa.
3. Il-kodiċi CPV.
4. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ konsenja jew twettiq ta’ provvisti jew ta’ servizz.
5. Deskrizzjoni tal-akkwist qabel u wara l-modifika: in-natura u l-firxa tax-xogħlijiet, in-natura u l-kwantità jew il-valur tal-provvisti, in-natura u l-firxa tas-servizzi.
6. Fejn ikun applikabbli, iż-żieda fil-prezz ikkaġunata mill-modifika.
7. Deskrizzjoni taċ-ċirkustanzi li għamlu l-modifika meħtieġa.
8. Id-data ta’ deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt.
9. Fejn ikun applikabbli, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-operatur jew l-operaturi ekonomiċi l-ġodda.
10. Informazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex relatat ma’ proġett u/jew programm iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni.
11. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli mir-reviżjoni u, fejn dawn ikunu xierqa, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża li tikkonċerna d-data ta’ skadenza għall-proċeduri ta’ reviżjoni, jew jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz li minnhom tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
Regolamenti li jirreferu għal din l-Iskeda
Skeda ta’ qabel
Skeda 14 — Lista ta’ Konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol
Skeda li jmiss
Skeda 16 — Servizzi
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.