L.S. 601.05 · Taqsima IV · Tipi ta’ Proċeduri ta’ Akkwist
Regolament 94. Limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet
Proċedura Ristretta
(1) Bħala regola ġenerali, il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jiġi ffissat għal mhux inqas minn tletin jum mid-data li fiha ntbagħatet l-istedina għall-konferma tal-interess u fl-ebda eventwalità ma jista’ jkun inqas minn ħmistax-il ġurnata skont il-każ.
(2) Meta l-valur stmat tal-proċedura ristretta tilħaq jew taqbeż il-valuri stabbiliti fl-Iskeda 5, il-limitu ta’ żmien stabbilit fis-subregolament (1) għandu jibda jiddekori mid-data li fiha nbagħat l-avviż ta’ kuntratt lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
Regolament ta’ qabel
93 — Talba għal parteċipazzjoni fi proċeduri ristretti
Regolament li jmiss
95 — Operaturi ekonomiċi eliġibbli
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.