L.S. 601.05 · Taqsima I · Dispożizzjonijiet Ġenerali
Regolament 80. Operaturi ekonomiċi stabbiliti f’Stat Membru ieħor
L-Offerent
L-operaturi ekonomiċi li, skont il-liġi tal-Istat Membru li huma stabbiliti fih, huma intitolati li jipprovdu s-servizz rilevanti, ma għandhomx jiġu rrifjutati unikament minħabba r-raġuni li, skont il-liġi ta’ Malta li fih jingħata l-kuntratt, dawn meħtieġa jkunu jew persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi: Iżda fil-każ ta’ kuntratti ta’ servizzi u xogħlijiet kif ukoll kuntratti ta’ provvista li jkopru servizzi addizzjonali jew operazzjonijiet ta’ bini u installazzjoni, il-persuni ġuridiċi jistgħu jkunu meħtieġa jindikaw, fl-offerta jew fit-talba għal parteċipazzjoni, l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali rilevanti tal-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni.
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.