L.S. 601.05 · Taqsima I · Dispożizzjonijiet Ġenerali
Regolament 55. Kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt tal-kuntratti ta’ servizz
Valur tal-Kuntratt
(1) F’dak li jirrigwarda kuntratti ta’ servizz, il-bażi sabiex jiġi kkalkolat il-valur stmat tal-kuntratt għandu jkun kif ġej:
(a) servizzi ta’ assigurazzjoni: il-primjum pagabbli, u forom oħra ta’ rimunerazzjoni;
(b) servizzi bankarji u finanzjarji oħra: il-miżati, il-kummissjonijiet dovuti, l-imgħax u forom oħra ta’ rimunerazzjoni;
(ċ) kuntratti ta’ disinn: il-miżati, il-kummissjonijiet pagabbli u forom oħra ta’ rimunerazzjoni.
(2) F’dak li jirrigwarda kuntratti ta’ servizz li ma jindikawx prezz totali, il-valur li jrid jintuża bħala l-bażi għall-kalkolu tal-valur stmat tal-kuntratt għandu jkun kif ġej:
(a) fil-każ ta’ kuntratti fuq terminu fiss, jekk dak it-terminu huwa inqas minn jew ugwali għal tmienja u erbgħin xahar: il-valur totali għat-terminu sħiħ tagħhom;
(b) fil-każ ta’ kuntratti mingħajr terminu fiss jew b’terminu itwal minn tmienja u erbgħin xahar: il-valur ta’ kull xahar immultiplikat bi 48.
Regolament ta’ qabel
54 — Valur ta’ prodotti ta’ leasing, kiri jew xiri bin-nifs
Regolament li jmiss
56 — Tqassim ta’ kuntratti f’lottijiet
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.