Aqbeż għall-kontenut

L.S. 601.05 · Taqsima IV · Tipi ta’ Proċeduri ta’ Akkwist

Regolament 140. Kuntratti riżervati għal ċerti servizzi

Kuntratti riżervati u Kuntratti għal Servizzi Soċjali u Servizzi Speċifiċi Oħrajn

Test tal-verżjoni konsolidata. Data tad-dħul fis-seħħ: 1 ta’ Jannar 2024. Fejn din il-paġna u legislation.mt ma jaqblux, jipprevali legislation.mt: test uffiċjaliIt-test Malti u dak Ingliż huma t-tnejn uffiċjali; f’każ ta’ kunflitt jipprevali t-test Malti. Din il-paġna turi t-test Malti.

(1) L-entitajiet kontraenti jistgħu jipprovdu li l-entitajiet kontraenti li huma awtoritajiet kontraenti jistgħu jirriżervaw id-dritt għal organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fi proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi esklużivament għal dawk is-servizzi ta’ saħħa, dawk soċjali u dawk kulturali kif imsemmijin fir-regolament 134, li huma koperti mill-kodiċi CPV 75121000-0, 75122000-7, 75123000-4, 79622000-0, 79624000-4, 79625000-1, 80110000-8, 80300000-7, 80420000-4, 80430000-7, 80511000-9, 80520000-5, 80590000-6, minn 85000000-9 sa 85323000-9, 92500000-6, 92600000-7, 98133000-4, 98133110-8.

(2) Organizzazzjoni msemmija fis-subregolament (1) għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) l-objettiv tagħha huwa t-twettiq ta’ missjoni ta’ servizz pubbliku marbuta mat-twettiq tas-servizzi msemmijin fis-subregolament (1);

(b) il-profitti jerġgħu jiġu investiti bil-għan li jinkiseb l-objettiv tal-organizzazzjoni. Fejn il-profitti jkunu mqassma jew jerġgħu jitqassmu, dan għandu jkun ibbażat fuq konsiderazzjonijiet parteċipattivi;

(ċ) l-istrutturi tal-ġestjoni jew tas-sjieda tal-organizzazzjoni li qed twettaq il-kuntratt huma bbażati fuq sjieda mill-impjegati jew prinċipji parteċipattivi, jew jeħtieġu l-parteċipazzjoni attiva tal-impjegati, l-utenti jew il-partijiet interessati; u

(d) l-organizzazzjoni ma kinitx ingħatat kuntratt għas-servizzi konċernati mill-awtorità kontraenti konċernata skont dan ir-regolament fl-aħħar tliet snin.

Referenzi

Dan ir-regolament jirreferi għal

Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.

Itlob dimostrazzjoni

Informazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.