L.S. 601.03 · Taqsima II · Bordijiet, Kumitati u Tribunali
Regolament 87. Funzjonijiet
Bord ta’ Reviżjoni dwar Kuntratti Pubbliċi
Tkun il-funzjoni tal-Bord ta’ Reviżjoni li jindirizza b’mod partikolari:
(a) tħassib jew ilmenti li jitqajmu, qabel ma jagħlaq iż-żmien għas-sottomissjoni ta’ offerta, minn kandidati jew persuni li għandhom interess jakkwistaw kuntratt pubbliku partikolari;
(b) ilmenti mressqa minn offerenti jew kandidati fir-rigward ta’ esklużjonijiet, offerti mhux konformi, deċiżjonijiet dwar għoti ta’ kuntratti jew kanċellament ta’ proċeduri ta’ akkwisti wara l-aħħar data u ħin stabbiliti għas-sottomissjoni tas-sejħa għall-offerta;
(ċ) talbiet għall-ineffettività ta’ kuntratt pubbliku kif stabbilit f’dawn ir-regolamenti;
(d) li jisma’ u jiddetermina kull każ assenjat lilu taħt dawn ir-regolamenti jew taħt xi liġi oħra; u
(e) li jisma’ u jiddetermina kull każ assenjat lilu f’sejħa pubblika għal offerti jew kwotazzjonijiet, ukoll jekk dik is-sejħa ma tinvolvix akkwisti pubbliċi.
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.