L.S. 601.03 · Taqsima I · Dispożizzjonijet Ġenerali
Regolament 47. Konsultazzjonijiet preliminari mas-suq
Konsultazzjonijiet Preliminari mas-Suq
(1) Qabel ma jniedu proċedura ta’ akkwist, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jwettqu konsultazzjonijiet dwar is-suq bil-ħsieb li jitħejja l-akkwist u jiġu infurmatil-operaturi ekonomiċi dwar il-pjanijiet tagħhom dwar l-akkwist u r-rekwiżiti.
(2) L-awtoritajiet kontraenti jistgħu, pereżempju, jfittxu jew jaċċettaw konsulenza minn esperti indipendenti jew awtoritajiet jew minn parteċipanti fis-suq. Dik il-konsulenza tista’ tintuża fl-ippjanar u t-tmexxija tal-proċedura ta’ akkwist, sakemm din il-konsulenza ma jkollhiex l-effett ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u ma tirriżultax fi ksur tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ trasparenza.
Regolament ta’ qabel
46 — Avviż ta’ kompetizzjoni
Regolament li jmiss
48 — Regoli li japplikaw dwar il-komunikazzjoni
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.