Aqbeż għall-kontenut

L.S. 601.03 · Taqsima I · Dispożizzjonijet Ġenerali

Regolament 15. Kanċellament ta’ proċedura ta’offerti

Il-Kariga tad-Direttur tal-Kuntratti

Test tal-verżjoni konsolidata. Data tad-dħul fis-seħħ: 27 ta’ Ġunju 2025. Fejn din il-paġna u legislation.mt ma jaqblux, jipprevali legislation.mt: test uffiċjaliIt-test Malti u dak Ingliż huma t-tnejn uffiċjali; f’każ ta’ kunflitt jipprevali t-test Malti. Din il-paġna turi t-test Malti.

(1) Id-Direttur tal-Kuntratti għandu d-dritt li jħassar għotja ta’ kuntratt f’kull waqt tal-proċess tas-sejħa jew kwotazzjonijiet ukoll wara li jkun ġie mħabbar l-offerent magħżul u jkun ukoll għadda ż-żmien biex jitressqu lmenti quddiem il-Bord ta’ Reviżjoni jew Qorti, jekk jinstab illi l-għotja ta’ dak il-kuntratt tkun saret bi ksur ta’ dawn ir-regolamenti jew tkun ingħatat b’mod li jiddiskrimina bejn l-operaturi ekonomiċi.

(2)

(a) Id-Direttur jista’ jiddeċiedi wkoll li jikkanċella xi proċedura tal-offerti jekk proċess ta’ evalwazzjoni ma jkunx intemm sat-tmiem tal-perijodu ta’ validità tal-offerti sottomessi.

(b) Jekk id-Direttur jiddeċiedi li jikkanċella l-offerti, hu għandu jikkonsulta mal-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti jew mal-Kumitat Speċjali tal-Kuntratti kif ikun il-każ, għall-opinjoni tiegħu.

(ċ) Jekk il-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti jew il-Kumitat Speċjali tal-Kuntratti, kif ikun il-każ, ma jaqblux mar-rakkomandazzjoni tad-Direttur, id-deċiżjoni tad-Direttur tista’ tiġi riferita lill-Ministru għall-approvazzjoni tiegħu.

(d) Fil-każ ta-sejħiet għall-offerti amministrati mid-Direttorat għall-Akkwist Settorjali, id-Direttur għall-Akkwist Settorjali għandu id-dritt li jeżerċita l-istess drittijiet tad-Direttur, hekk kif stabbilit taħt dan is-subregolament, bl-eċċezzjoni li minflok jikkonsulta l-Kumitat Ġenerali tal-Kuntratti huwa jrid jikkonsulta mal-Kumitat Dipartimentali tal-Kuntratti responsabbli għall-awtorità kontraenti li f’isimha d-Direttorat għall-Akkwist Settorjalqed jamministra s-sejħa.

(e) Jekk il-Kumitat Dipartimentali tal-Kuntratti ma jaqbilx mar-rakkomandazzjoni tad-Direttorat għall-Akkwist Settorjali, id-deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar tista’ tiġi riferita lill-Ministru responsabbli għall-Kumitat Dipartimentali tal-Kuntratti inkwistjoni biex ikun hu li jagħti deċiżjoni finali.

(3) Id-deċiżjoni li twassal għall-kanċellament tas-sejħa trid issir bil-miktub u jrid ikun fiha s-sejbiet u r-raġunijiet li wasslu biex din tkun inħarġet.

(4) Kopja ta’ din id-deċiżjoni trid tiġi notifikata għand kull min ħa sehem fis-sejħa, li jkollu d-dritt li jwaqqagħha billi jressaq ilment quddiem il-Bord ta’ Reviżjoni. L-istess proċedura msemmija fir-regolament 276 għandha tapplika mutatis mutandis ukoll għal din il-proċedura.

(5) Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ Reviżjoni tista’ tiġi appellata quddiem il-Qorti tal-Appell skont il-proċedura mfissra f’dawn ir-regolamenti.

Emendat b’A.L. 233 tal- · A.L

Referenzi

Dan ir-regolament jirreferi għal

Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.

Itlob dimostrazzjoni

Informazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.