L.S. 601.09 · Taqsima II · Il-Proċess
Regolament 76. Disponibbiltà elettronika ta’ dokumenti ta’ konċessjonijiet
Twaqqif tal-proċedura
(1) L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom joffru b’mezzi elettroniċi aċċess sħiħ, dirett, mingħajr restrizzjonijiet u mingħajr ħlas għad-dokumenti ta’ konċessjoni.
(2) Għal offerti b’valur stmat li jkun inqas mil-limiti stabbiliti fl-Iskeda 3, l-obbligu stipulat fis-subregolament għandu jibda’ mid-data li fiha ġie ppubblikat id-dokument ta’ konċessjoni.
(3) Għal offerti b’valur stmat li jilħaq jew jaqbeż il-limiti stabbiliti fl-Iskeda 3, l-obbligu stabbilit fis-subregolament (1) għandu jibda’ mid-data li fiha jiġi pubblikat l-avviż ta’ konċessjoni jew, meta l-avviż ta’ konċessjoni ma jkunx jinkludi l-istedina sabiex jiġu preżentati offerti, mid-data li fiha tkun intbagħtet l-istedina sabiex jiġu preżentati offerti. It-test tal-avviż tal-konċessjoni jew ta’ dawn l-istediniet għandu jispeċifika l-indirizz tas-sit elettroniku li fuqu huma aċċessibbli d-dokumenti ta’ konċessjonijiet.
(4) Fejn, f’ċirkostanzi debitament ġustifikati, minħabba raġunijiet eċċezzjonali ta’ sigurtà jew tekniċi jew minħabba li n-natura partikolarment sensittiva tal-informazzjoni kummerċjali tirrikjedi livell għoli ħafna ta’ protezzjoni, l-aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għal ċerti dokumenti tal-konċessjoni ma jkunx jista’ jiġi offrut, l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw fl-avviż jew fl-istedina għall-preżentazzjoni ta’ offerta, li d-dokumenti tal-konċessjoni kkonċernati ser jintbagħtu b’mezzi oħra li mhumiex mezzi elettroniċi u l-iskadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti għandha tiġi estiża.
(5) Dment li jkunu ntalbu fi żmien tajjeb minn qabel, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jew id-dipartimenti kompetenti għandhom jipprovdu lill-applikanti jew lill-offerenti kollha li jipparteċipaw fil-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni informazzjoni addizzjonali relatata mad-dokumenti ta’ konċessjoni mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel l-iskadenza ffissata għall-wasla tal-offerti.
Referenzi
Skedi li jirreferi għalihom
Regolament ta’ qabel
75 — Metodi ta’ komunikazzjoni
Regolament li jmiss
77 — Valutazzjoni kwalitattiva ta’ kandidati, operaturi ekonomiċi u offerenti
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.