L.S. 601.09 · Taqsima II · Il-Proċess
Regolament 73. Limitu fuq it-tul ta’ konċessjoni
Twaqqif tal-proċedura
(1) Għal konċessjonijiet li jdumu aktar minn ħames snin, il-tul ta’ żmien massimu tal-konċessjoni m’għandux jeċċedi ż-żmien li konċessjonarju jista’ jkun mistenni jieħu biex jiġbor l-investimenti mwettqa fl-operazzjonijiet tax-xogħlijiet jew tas-servizzi flimkien ma’ redditu raġonevoli fuq il-kapital investit b’kont meħud tal-investimenti li jkunu meħtieġa jiksbu l-objettivi kuntrattwali speċifiċi.
(2) L-investimenti li jkunu kkunsidrati għall-finijiet tal-kalkolu għandhom jinkludu kemm l-investimenti inizjali kif ukoll dawk ta’ matul il-ħajja tal-konċessjoni.
Regolament ta’ qabel
72 — Tul ta’ żmien tal-konċessjoni
Regolament li jmiss
74 — Konċessjonijiet riżervati
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.