L.S. 601.09 · Taqsima I · Dispożizzjonijiet Ġenerali
Regolament 7. Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tal-ilma
Applikabbiltà
(1) Dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw għal konċessjonijiet mogħtija għal -
(a) il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku b’rabta mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta’ ilma tajjeb għax-xorb;
(b) il-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb lil tali netwerks.
(2) Dawn ir-regolamenti ma għandhomx japplikaw ukoll għal konċessjonijiet b’wieħed, jew it-tnejn, mis-suġġetti li ġejjin meta huma jkunu konnessi ma’ attività msemmija fis-subregolament (1):
(a) proġetti ta’ inġinerija idrawlika, irrigazzjoni jew dranaġġ tal-art, dment li l-volum ta’ ilma li għandu jintuża għall-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb ikun jirrappreżenta aktar minn għoxrin fil-mija tal-volum totali ta’ ilma mqiegħed għad-dispożizzjoni minn dawk il-proġetti jew minn stallazzjonijiet għall-irrigazzjoni jew id-dranaġġ; jew
(b) ir-rimi jew it-trattament tad-dranaġġ.
Regolament ta’ qabel
6 — Nuqqas ta’ applikabbiltà fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi
Regolament li jmiss
8 — Esklużjoni ta’ attivitajiet li huma direttament esposti għall-kompetizzjoni
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.