L.S. 601.09 · Taqsima I · Dispożizzjonijiet Ġenerali
Regolament 58. Operaturi Ekonomiċi stabbiliti fi Stat Membru ieħor
L-Offerent/Kandidat
(1) L-operaturi ekonomiċi li, skont il-liġi tal-Istat Membru li huma stabbiliti fih, huma intitolati li jipprovdu s-servizz rilevanti, m’għandhomx jiġu rrifjutati unikament minħabba r-raġuni li, skont il-liġi tal-Istat Membru li fih jingħata l-kuntratt, dawn meħtieġa jkunu jew persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi.
(2) Il-persuni ġuridiċi jistgħu jkunu meħtieġa jindikaw, fl-offerta jew fl-applikazzjoni, l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali rilevanti tal-persunal li għandu jkun responsabbli mill-prestazzjoni tal-kuntratt inkwistjoni.
(3) Il-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, inklużi assoċjazzjonijiet temporanji, jistgħu jipparteċipaw fi proċeduri tal-għoti ta’ konċessjoni. Huma ma jistgħux jintalbu mill-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti biex ikollhom forma legali speċifika sabiex jippreżentaw offerta jew talba biex jipparteċipaw.
(4) Minkejja id-dispożizzjonijiet tas-subregolamenti (1), (2) u (3), l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu lill-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi li jassumu forma ġuridika speċifika ladarba jkunu ngħataw il-kuntratt, sa fejn dik il-bidla tkun meħtieġa għat-twettiq sodisfaċenti tal-kuntratt.
Referenzi
Jirreferu għalih
Regolament ta’ qabel
57 — Limiti
Regolament li jmiss
59 — Regolamenti dwar kif gruppi ta’ operaturi ekonomiċi jilħqu r-rekwiżiti
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.