L.S. 601.09 · Taqsima I · Dispożizzjonijiet Ġenerali
Regolament 25. Determinazzjoni tal-perċentwal ta' attivitajiet
Konċessjonijiet bejn Entitajiet fis-Settur Pubbliku
(1) Sabiex jiġi ddeterminat il-perċentwal tal-attivitajiet imsemmija fir-regolamenti 22(1)(b), 23(1)(b) u 24(ċ), għandu jiġi kkunsidrat il-fatturat totali medju jew miżura bbażata fuq attività alternattiva adatta bħall-ispejjeż imġarrba mill-persuna ġuridika rilevanti, mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti kif imsemmi fir-regolament 2(2)(a) fir-rigward tas-servizzi, il-provvisti u x-xogħlijiet għat-tliet snin qabel l-għoti ta’ konċessjoni.
(2) Fejn, minħabba d-data li fiha nħolqot dik il-persuna ġuridika, l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti jew ta’ meta bdew l-attivitajiet tagħha jew minħabba riorganizzazzjoni tal-attivitajiet tagħha, il-fatturat, jew miżura bbażata fuq attività alternattiva bħall-ispejjeż, mhijiex disponibbli għat-tliet snin preċedenti jew ma għadhiex rilevanti, għandu jkun biżżejjed li jintwera li l-kejl tal-attività huwa kredibbli, b’mod partikolari permezz ta’ projezzjonijiet tan-negozju.
Regolament ta’ qabel
24 — Kuntratti konklużi b’mod esklużiv bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar jew entitajiet kontraenti
Regolament li jmiss
26 — Kuntratti mħallta
Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.
Itlob dimostrazzjoniInformazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.