Aqbeż għall-kontenut

L.S. 601.09 · Taqsima V · Rimedji

Regolament 106. Appelli minn deċiżjonijiet meħuda wara d-data tal-għeluq għal-preżentazzjoni ta' offerta

Appelli minn Deċiżjonijiet Meħuda wara d-Data tal-Għeluq għall-Preżentazzjoni ta’ Offerti

Test tal-verżjoni konsolidata. Data tad-dħul fis-seħħ: 17 ta’ Mejju 2024. Fejn din il-paġna u legislation.mt ma jaqblux, jipprevali legislation.mt: test uffiċjaliIt-test Malti u dak Ingliż huma t-tnejn uffiċjali; f’każ ta’ kunflitt jipprevali t-test Malti. Din il-paġna turi t-test Malti.

Kull offerent jew kull persuna, li jkollhom jew li darba kellhom interess jew li ssirilhom ħsara jew li jirriskjaw li ssirilhom ħsara bi ksur allegat jew b’xi deċiżjoni meħuda inkluż l-għoti propost fil-ksib ta’ kuntratt, ir-rifjut ta' offerta jew it-tħassir ta’ sejħa għal offerta, wara li jiskadi l-perjodu tal-pubblikazzjoni, jistgħu jippreżentaw appell permezz ta’ oġġezzjoni quddiem il-Bord ta’ Reviżjoni dwar il-Kuntratti Pubbliċi, li għandu jkun fih, b'mod ċar ħafna, r-raġunijiet għall-ilmenti tagħhom.

Referenzi

Jirreferu għalih

Trid li d-dokumenti tal-offerti tiegħek jiġu vverifikati qabel il-pubblikazzjoni? Nuruk kif tagħmel dan Procurelex Verifika.

Itlob dimostrazzjoni

Informazzjoni ġenerali dwar ir-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku fis-seħħ. Mhijiex parir legali.