# L.S. 601.05, Skeda 9. Informazzjoni li għandha tkun inkluża fid-Dokumenti dwar l-Akkwisti li għandhom x’jaqsmu ma’ Ikanti Elettroniċi

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/skeda-9 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/schedule-9
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt
- Regolament 158

Meta l-entitajiet kontraenti jiddeċiedu li jagħmlu rkant elettroniku, id-dokumenti tal-akkwist għandhom jinkludu għall-inqas id-dettalji li ġejjin:
   (a) il-karatteristiċi, li l-valuri tagħhom ser ikunu s-suġġett tal-irkant elettroniku, dejjem jekk dawn il-karatteristiċi jkunu kwantifikabbli u jistgħu jingħataw f’ċifri jew perċentwali;
   (b) kwalunkwe limiti fuq il-valuri li jistgħu jiġu ppreżentati, peress li jirriżultaw mill-ispeċifikazzjonijiet relatati mas-suġġett tal-kuntratt;
   (ċ) l-informazzjoni li ser titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-offerenti matul l-irkant elettroniku u, fejn dan ikun adatt, meta ser titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħhom;
## (d) l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna l-proċess tal-irkant elettroniku;
   (e) il-kundizzjonijiet li bihom l-offerenti ser ikunu jistgħu jagħmlu l-offerti tagħhom u, b’mod partikolari, id-differenzi minimi li, fejn adatt, ser ikunu meħtieġa għal meta jsiru l-offerti;
   (f) l-informazzjoni relevanti li għandha x’taqsam ma’ tagħmir elettroniku użat u u l-arranġamenti u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-konnessjoni.
