# L.S. 601.05, Skeda 7. Rekwiżiti relatati ma’ Għodod u Apparat sabiex jaslu b’mod Elettroniku, Offerti, Talbiet

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/skeda-7 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/schedule-7
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

għal parteċipazzjoni, Applikazzjonijiet għal kwalifikazzjoni kif ukoll Pjanijiet u Proġetti fil-Kompetizzjonijiet
L-għodod u l-apparat sabiex jaslu b’mod elettroniku offerti, talbiet għal parteċipazzjoni, applikazzjonijiet għal kwalifika kif ukoll pjanijiet u proġetti f’kompetizzjonijiet tal-inqas għandhom jiggarantixxu, b’mezzi tekniċi u proċeduri adattati, li:
   (a) il-ħin u d-data eżatti ta’ meta jaslu l-offerti, talbiet għal parteċipazzjoni, applikazzjonijiet għal kwalifika kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ pjanijiet u proġetti jistgħu jiġu determinati bi preċiżjoni;
   (b) ikun jista’ jiġi raġonevolment żgurat li, qabel il-limiti ta’ żmien stabbiliti, ħadd ma jkollu aċċess għad-data trasmessa taħt dawk r-rekwiżiti;
   (ċ) il-persuni awtorizzati biss jistgħu jistabbilixxu jew jibdlu d-dati għall-ftuħ tad-data li tkun waslet;
   (d) matul l-istadji varji tal-proċedura ta’ kwalifika, il-proċedura tal-akkwist jew il-kompetizzjoni, l-aċċess għad-data kollha ppreżentata, jew għal parti minnha, għandu jkun possibbli biss għal persuni awtorizzati;
   (e) il-persuni awtorizzati biss għandhom jagħtu aċċess għad-data trażmessa u għandhom jagħmlu dan wara d-data speċifikata biss;
   (f) data li tasal u li tinfetaħ skont dawk ir-rekwiżiti għandha tibqa’ aċċessibbli biss għal dawk il-persuni awtorizzati li jistgħu jarawha;
   (g) fejn ikun hemm ksur tal-projbizzjoni mill-aċċess jew tal-kundizzjonijiet imsemmija taħt il-paragrafi (b) sa (f) jew ikun hemm tentattiv biex isir dan, jista’ jiġi żgurat b’mod raġonevoli li dak il-ksur jew dawk it-tentattivi jkunu jistgħu jiġu identifikati b’mod ċar.
