# L.S. 601.05, Skeda 6. Dati ta’ skadenza għall-Atti ta’ Implimentazzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/skeda-6 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/schedule-6
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt
- Regolament 25

1. L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fir-regolament 25 għandhom jiġu adottati fi żmien il-perjodi li ġejjin:
   (a) 90 jum ta’ xogħol fejn l-aċċess ħieles għal suq partikolari huwa preżunt abbażi tar-regolament 24(5) u (6);
   (b) 130 jum ta’ xogħol f’każijiet oħra minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu (a).
Il-perjodi stipulati fil-paragrafi (a) u (b) għandhom jiġu estiżi bi 15-il jum ta’ xogħol fejn it-talba ma tkunx akkumpanjata minn pożizzjoni motivata u sostanzjata, adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti li hija kompetenti fir-rigward tal-attività kkonċernata, li tanalizza bir-reqqa l-kundizzjonijiet għall-applikabbiltà possibbli regolament 24(1) u (2) għall-attività kkonċernata f’konformità mar-regolament 24(3),(4),(5) u (6).
Dawk id-dati ta’ skadenza għandhom jibdew fl-ewwel jum ta’ xogħol mid-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi t-talba msemmija fir-regolament 25(1) u (2) jew, meta l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta ma tkunx sħiħa, fil-jum ta’ xogħol ta’ wara r-riċevuta tal-informazzjoni sħiħa.
Il-perjodi stipulati fl-ewwel subparagrafu jistgħu jiġu estiżi mill-Kummissjoni bil-qbil tal-Istat Membru jew tal-entità kontraenti li jkunu ppreżentaw it-talba.
2. Il-Kummissjoni tista’ tirrikjedi li l-Istat Membru jew l-entità kontraenti kkonċernati jew l-awtorità nazzjonali indipendenti msemmija taħt il-paragrafu 1 jew kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti oħra, jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa kollha jew sabiex jissupplimentaw jew jiċċaraw l-informazzjoni mogħtija f’limitu ta’ żmien adatt. Fil-każ ta’ tweġibiet tard jew mhux sħaħ, il-perjodi stipulati fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom jiġu sospiżi għall-perjodu bejn l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien stabbilit fit-talba għall-informazzjoni, u r-riċevuta tal-informazzjoni sħiħa u korretta.
