# L.S. 601.05, Skeda 2. Lista ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni [Regolament 2(4)]

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/skeda-2 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/schedule-2
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

Drittijiet li ngħataw permezz ta’ proċedura li fiha ġiet żgurata pubbliċità adegwata u fejn l-għoti ta’ dawk id-drittijiet kien ibbażat fuq kriterji oġġettivi ma jikkostitwixxux "drittijiet speċjali jew esklużivi" fis-sens tar-regolament 2(4). Dawn li ġejjin huma proċeduri, li jiżguraw trasparenza adegwata minn qabel, għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet fuq il-bażi ta’ atti legali oħra tal-Unjoni li ma jikkostitwixxux "drittijiet speċjali jew esklużivi" fit-tifsira tar-regolament 2(4):
   (a) l-għoti ta’ awtorizzazzjoni sabiex jitħaddmu installazzjonijiet tal-gass naturali skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/73/KE;
   (b) awtorizzazzjoni jew stedina għall-offerti għall-kostruzzjoni ta’ installazzjonijiet tal-produzzjoni elettrika ġodda skont id-Direttiva 2009/72/KE;
   (ċ) l-għoti, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/67/KE, ta’ awtorizzazzjonijiet fir-rigward ta’ servizz postali li mhuwiex jew li ma għandux jiġi riżervat;
   (d) proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-twettiq ta’ attività li tinvolvi l-użu ta’ idrokarboni skont id-Direttiva 94/22/KE;
   (e) kuntratti pubbliċi ta’ servizzi skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għall-forniment ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport tal-passiġġieri b’karozzi tal-linja, trammijiet, ferrovija jew metro, li ngħataw abbażi ta’ proċedura kompetittiva ta’ offerti f’konformità mal-Artikolu 5(3) tiegħu, dment li t-tul tagħhom jikkonforma mal-Artikolu 4(3) jew (4) ta’ dak ir-Regolament.
