# L.S. 601.05, Skeda 19. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fir-Riżultati tal-Avviżi dwar Kompetizzjoni ta’ Disinn [(Regolament 68(1)]

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/skeda-19 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/schedule-19
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
2. L-attività ewlenija mwettqa.
3. Deskrizzjoni tal-proġett (kodiċi CPV).
4. In-numru totali ta’ parteċipanti.
5. In-numru ta’ parteċipanti barranin.
6. Ir-rebbieħ(a) tal-kompetizzjoni.
7. Fejn ikun applikabbli, il-premju/i.
8. Informazzjoni oħra.
9. Referenza għall-avviż dwar kompetizzjoni ta’ disinn.
10. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, li-proċeduri ta’ medjazzjoni. L-informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limitu ta’ żmien biex jitressqu appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
11. Id-data ta’ meta ntbagħat l-avviż.
