# L.S. 601.05, Skeda 17. Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-Avviżi dwar Kuntratti għal Servizzi Soċjali u Servizzi Speċifiċi Oħrajn

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/skeda-17 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/schedule-17
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt
- Regolament 135

Parti A Avviż dwar kuntratt
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
2. L-attività ewlenija mwettqa.
3. Deskrizzjoni tas-servizzi jew kategoriji minnhom u fejn applikabbli, x-xogħlijiet u l-provvisti inċidentali li għandhom jinxtraw, inkluża indikazzjoni tal-kwantitajiet u l-valuri involuti, kodiċi CPV.
4. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tat-twettiq tas-servizzi.
5. Fejn adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.
6. Il-kundizzjonijiet ewlenin li għandhom jiġu sodisfatti mill-atturi ekonomiċi rigward il-parteċipazzjoni tagħhom jew, fejn dan ikun adatt, l-indirizz elettroniku fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dettaljata.
7. Limitu/i ta’ żmien sabiex tiġi kkuntattjata l-entità kontraenti rigward il-parteċipazzjoni.
8. Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.
Parti B Avviż indikattiv perjodiku
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti.
2. Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt inkwistjoni inkluż il-kodiċi CPV.
3. Sa fejn dan ikun diġà magħruf:
   (a) il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet f’każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvista u ta’ servizzi,
   (b) il-perjodu għat-twassil jew għall-forniment ta’ provvisti, ix-xogħlijiet jew servizzi u t-tul tal-kuntratt,
   (ċ) kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi:
      (i) fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex ristrett għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti, jew jekk l-eżekuzzjoni tiegħu hijiex ristretta għall-qafas ta’ programmi ta’ impjiegi protetti,
      (ii) fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk l-eżekuzzjoni tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew minn dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari,
   (d) deskrizzjoni qasira tal-karatteristiċi ewlenin tal-proċedura ta’ għoti li għandha tiġi applikata.
4. Referenza għall-fatt li l-operaturi ekonomiċi interessati għandhom javżaw lill-entità kontraenti dwar l-interess tagħhom fil-kuntratt jew fil-kuntratti u l-limiti ta’ żmien biex jirċievu l-espressjonijiet ta’ interess u l-indirizz li fih għandhom jintbagħtu l-espressjonijiet ta’ interess.
Parti Ċ Avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti.
2. Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt inkwistjoni inkluż il-kodiċi CPV.
3. Sa fejn dan ikun diġà magħruf:
   (a) Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq f’każ ta’ kuntratti ta’ provvisti u ta’ servizzi,
   (b) il-perjodu għat-twassil jew għall-forniment tal-provvisti, xogħlijiet jew servizzi u t-tul tal-kuntratt,
   (ċ) kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi:
      (i) fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex ristrett għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti, jew jekk l-eżekuzzjoni tiegħu hijiex ristretta għall-qafas ta’ programmi ta’ impjiegi protetti,
      (ii) fejn adatt, indikazzjoni dwar jekk l-eżekuzzjoni tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew minn dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari,
   (d) deskrizzjoni qasira tal-karatteristiċi ewlenin tal-proċedura ta’ għoti li għandha tiġi applikata.
4. Referenza għall-fatt li l-operaturi ekonomiċi interessati għandhom javżaw lill-awtorità dwar l-interess fil-kuntratt jew il-kuntratti u l-limiti ta’ żmien biex jirċievu l-espressjonijiet ta’ interess u l-indirizz li fih għandhom jintbagħtu l-espressjonijiet ta’ interess.
5. Il-perjodu ta’ validità tas-sistema ta’ kwalifika u l-formalitajiet għat-tiġdid tagħha.
Parti D Avviż dwar għoti ta’ kuntratt
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
2. L-attività ewlenija mwettqa.
3. Tal-inqas, indikazzjoni mqassra tan-natura u l-kwantità tas-servizzi u fejn applikabbli, ix-xogħlijiet u l-provvisti inċidentali pprovduti.
4. Referenza tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
5. Għadd ta’ offerti li waslu. 6. L-isem u l-indirizz tal-attur(i) ekonomiku/ekonomiċi magħżul/a. 7. Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.
