# L.S. 601.05, Skeda 13. Kontenut tal-Istediniet għall-Preżentazzjoni ta’ Offerta, għal Parteċipazzjoni fid-Djalogu, għan-Negozjar jew għall-Konferma ta’ Interess

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/skeda-13 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/schedule-13
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt
- Regolament 73

1. L-istedina għall-preżentazzjoni ta’ offerta, għal parteċipazzjoni fid-djalogu jew għan-negozjar kif previst taħt ir-regolament 73 irid ikun fiha tal-inqas:
   (a) id-data finali għall-wasla ta’ offerti, l-indirizz li għandhom jintbagħtu fuqu, u l-lingwa jew lingwi li għandhom jitfasslu bihom;
      Madanakollu, fil-każ ta’ kuntratti mogħtija permezz ta’ djalogu kompetittiv jew sħubija għall-innovazzjoni, din l-informazzjoni ma għandhiex tidher fl-istedina għan-negozjar, iżda għandha tidher fl-istedina għall-preżentazzjoni ta’ offerta;
   (b) fil-każ ta’ djalogu kompetittiv id-data u l-indirizz intenzjonati għall-bidu ta’ konsultazzjoni u l-lingwa jew lingwi użati;
   (ċ) referenza għal kwalunkwe sejħa għal kompetizzjoni ppubblikata;
   (d) indikazzjoni dwar kwalunkwe dokument li jrid ikun mehmuż;
   (e) il-kriterji għall-għoti tal-kuntratt, fejn dawn mhumiex indikati fl-avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifika użat bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni;
   (f) l-ippeżar relattiv tal-kriterji tal-għoti tal-kuntratt jew, fejn adatt, l-ordni ta’ importanza ta’ dawn il-kriterji, jekk din l-informazzjoni ma tingħatax fl-avviż dwar kuntratt, fl-avviż dwar l-eżistenza ta’ kwalifika jew fl-ispeċifikazzjonijiet.
2. Meta ssir sejħa għal kompetizzjoni permezz ta’ avviż indikattiv perjodiku, l-entitajiet kontraenti għandhom sussegwentement jistiednu lill-kandidati kollha sabiex jikkonfermaw l-interess tagħhom fuq il-bażi ta’ informazzjoni dettaljata dwar il-kuntratt ikkonċernat qabel ma jibdew l-għażla tal-offerenti jew parteċipanti fin-negozjati.
Din l-istedina għandha tinkludi din l-informazzjoni li ġejja:
   (a) in-natura u l-kwantità, inklużi l-għażliet kollha li jikkonċernaw kuntratti komplementari u, jekk ikunu possibbli, iż-żmien disponibbli stmat għat-twettiq ta’ dawn l-għażliet għal kuntratti rinnovabbli, in-natura u l-kwantità u, jekk ikunu possibbli, id-dati ta’ pubblikazzjoni stmati ta’ avviżi ulterjuri ta’ kompetizzjoni għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi li ser jinħarġu għall-offerti;
   (b) it-tip ta’ proċedura: ristretta jew negozjata;
   (ċ) fejn ikun adatt, id-data li fiha ser jibdew jew jintemmu t-twassil tal-provvisti jew it-twettiq tax-xogħlijiet jew servizzi;
   (d) fejn ma jistax jiġi offrut aċċess elettroniku, l-indirizz u d-data ta’ għeluq għall-preżentazzjoni ta’ talbiet għad-dokumenti tal-akkwist u l-lingwa jew lingwi li għandhom jitfasslu bihom;
   (e) l-indirizz tal-entità kontraenti;
   (f) il-kundizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, il-garanziji finanzjarji u l-informazzjoni meħtieġa minn operaturi ekonomiċi;
   (g) il-forma tal-kuntratt li hu s-suġġett tal-istedina għall-offerti: xiri, kiri, xiri bin-nofs, jew kwalunkwe taħlita minnhom: u
   (h) il-kriterji tal-għoti ta’ kuntratt u l-ippeżar tagħhom jew, fejn ikun adatt, l-ordni ta’ importanza ta’ dawn il-kriterji, jekk din l-informazzjoni ma tingħatax fl-avviż indikattiv jew fl-ispeċifikazzjonijiet jew fl-istedina għall-offerti jew għan-negozjar.
