# L.S. 601.05, Skeda 12. Informazzjoni li għandha tkun inkluża fl-Avviżi dwar Għoti ta’ Kuntratti

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/skeda-12 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/schedule-12
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt
- Regolament 65

I. Informazzjoni għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
2. L-attività ewlenija mwettqa
3. In-natura tal-kuntratt (provvisti, xogħlijiet jew servizzi u l-kodiċi CPV; fejn ikun adatt, iddikjara jekk hux ftehim qafas).
4. Tal-inqas, indikazzjoni mqassra tan-natura u l-kwantità tal-prodotti, xogħlijiet jew servizzi pprovduti.
5. (a) il-forma tas-sejħa għal kompetizzjoni (avviż dwar l-eżistenza ta’ sistema ta’ kwalifikazzjoni; avviż perjodiku; sejħa għal offerti);
   (b) data/i u referenza/i tal-pubblikazzjoni tal-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
   (ċ) fil-każ ta’ kuntratti mogħtija mingħajr sejħa għal kompetizzjoni minn qabel, indikazzjoni tad-dispożizzjoni rilevanti tar-tar-regolamenti 125 sa 127.
6. Proċedura tal-akkwist (miftuħa, ristretta jew negozjata).
7. Numru ta’ offerti li waslu, li jispeċifika:
## (a) in-numru ta’ offerti li waslu minn operaturi ekonomiċi li huma SMEs;
   (b) in-numru ta’ offerti li waslu minn barra l-pajjiż;
   (ċ) in-numru ta’ offerti li waslu b’mod elettroniku.
Fil-każ ta’ għotjiet multipli (lottijiet, ftehimiet qafas multipli), din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull għoti.
8. Id-data tal-konklużjoni tal-kuntratt(i) jew tal-ftehim qafas wara d-deċiżjoni li jingħata(w) jew jiġi/u konkluż(i).
9. Il-prezz imħallas għax-xiri bi prezz negozjat skont ir-regolament 127(g).
10. Għal kull għoti, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-offerent magħżul, inkluża:
   (a) informazzjoni dwar jekk l-offerent magħżul huwiex SME;
   (b) informazzjoni dwar jekk il-kuntratt ingħatax lil konsorzju.
11. Fejn adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt ġiex sottokuntrattat jew jistax jiġi sottokuntrattat.
12. Il-prezz imħallas jew il-prezzijiet tal-ogħla u l-inqas offerti meħuda f’kunsiderazzjoni fl-għoti tal-kuntratt.
13. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, li-proċeduri ta’ medjazzjoni. L-informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limitu ta’ żmien biex jitressqu appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
14. Informazzjoni fakultattiva:
   - il-valur u s-sehem tal-kuntratt li ġie sottokuntrattat jew li jista’ jiġi sottokuntrattat lil partijiet terzi;
   - il-kriterji tal-għoti.
II. L-informazzjoni mhijiex maħsuba għall-pubblikazzjoni
15. In-numru ta’ kuntratti mogħtija (fejn l-għoti jinqasam bejn diversi fornituri).
16. Il-valur ta’ kull kuntratt mogħti.
17. Il-pajjiż tal-oriġini tal-prodott jew tas-servizz (oriġini Komunitarja jew oriġini non-Komunitarja; jekk tal-aħħar, imqassma skont il-pajjiż terz).
18. Liema kriterji tal-għoti ntużaw?
19. Il-kuntratt ingħata lil offerent li ppreżenta varjant skont ir-regolamenti 175(1) sa (3)?
20. Kien hemm xi offerti li ġew esklużi għar-raġuni li kienu baxxi wisq, f’konformità mar-regolament 174.
21. Id-data ta’ trażmissjoni tal-avviż mill-entità kontraenti.
