# L.S. 601.05, Skeda 11. Informazzjoni li għandha tkun inkluża fl-Avviżi dwar Kuntratti

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/skeda-11 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/schedule-11
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt
- Regolament 64

A. Proċedura Miftuħa
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
2. L-attività ewlenija mwettqa.
3. Fejn ikun adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.
4. In-natura tal-kuntratt (provvista, xogħlijiet jew servizz, fejn adatt, dikjarazzjoni jekk huwiex ftehim qafas jew inkella sistema dinamika ta’ xiri), deskrizzjoni (kodiċi CPV). Fejn adatt, dikjarazzjoni dwar jekk l-offerti humiex mitluba għal xiri, kiri jew xiri bin-nifs jew taħlita ta’ dawk.
5. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ konsenja jew twettiq ta’ provvisti jew ta’ servizz.
6. Għal provvisti u xogħlijiet:
   (a) in-natura u l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu fornuti (Kodiċijiet CPV), inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni sabiex jinxtraw il-prodotti li għandhom jinxtraw jew in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti u n-natura ġenerali tax-xogħol (kodiċi CPV);
   (b) indikazzjoni dwar jekk il-fornituri jistgħux jagħmlu offerti għal uħud mill-prodotti u, jew għall-prodotti kollha meħtieġa.
      Iżda, għal kuntratti ta’ xogħlijiet, ix-xogħol jew il-kuntratt jinqasam f’diversi lottijiet, l-ordni tad-daqs tal-lottijiet differenti u l-possibbiltà ta’ offerta għal waħda jew ħafna mil-lottijiet jew għal-lottijiet kollha;
   (ċ) għall-kuntratti ta’ xogħlijiet: informazzjoni li tirrigwarda l-iskop tax-xogħol jew tal-kuntratt fejn dan tal-aħħar jinvolvi wkoll it-tfassil ta’ proġetti.
7. Għal servizzi:
   (a) in-natura u l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu fornuti, inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni għas-servizzi li għandhom jinxtraw;
   (b) indikazzjoni dwar jekk it-twettiq tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari;
## (ċ) ir-referenza tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva;
   (d) indikazzjoni dwar jekk il-persuni ġuridiċi għandhomx jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal li għandu jkun responsabbli mit-twettiq tas-servizz;
   (e) indikazzjoni dwar il-fornituri tas-servizz jistgħu jagħmlu offerti għal parti mis-servizzi kkonċernati.
8. Fejn dan ikun magħruf, indikazzjoni dwar jekk teżistix awtorizzazzjoni għall-preżentazzjoni ta’ varjanti.
9. Il-limiti ta’ żmien għall-konsenja jew it-tlestija jew id-dewmien tal-kuntratt ta’ servizz u, sa fejn din tkun possibbli, id-data ta’ bidu.
10. L-indirizz tal-posta elettronika jew l-indirizz fuq l-Internet li fuqhom ser ikunu disponibbli d-dokumenti tal-akkwist għal aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas.
Meta aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett, mingħajr ħlas mhuwiex disponibbli għar-raġunijiet mogħtija fir-regolament 72, indikazzjoni kif jista’ jsir aċċess għad-dokumenti tal-akkwist.
11. (a) data finali għall-wasla ta’ offerti jew offerti indikattivi fejn titnieda sistema dinamika ta’ xiri;
   (b) l-indirizz li għandhom jintbagħtu fuqu;
   (ċ) il-lingwa jew lingwi li għandhom jitfasslu bihom.
12. (a) fejn applikabbli, il-persuni awtorizzati li jkunu preżenti fil-ftuħ tal-offerti;
   (b) id-data, il-ħin u l-post ta’ dan il-ftuħ.
13. Fejn dawn ikunu applikabbli, kwalunkwe depożitu jew garanzija meħtieġa.
14. Il-kundizzjonijiet ewlenin li jikkonċernaw il-finanzjament u l-ħlas u, jew referenzi għad-dispożizzjonijiet li dawk jinstabu fihom.
15. Fejn ikun adatt, il-forma legali li għandha tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li ngħataw il-kuntratt.
16. Il-kundizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi minimi tal-operatur ekonomiku li ngħata l-kuntratt.
17. Il-perjodu li matulu l-offerent huwa marbut iżomm l-offerta tiegħu miftuħa.
18. Fejn adatt, il-kundizzjonijiet partikolari li t-twettiq tal-kuntratt huwa soġġett għalihom.
19. Il-kriterji msemmija fir-regolament 170 li għandhom jintużaw għall-għoti tal-kuntratt. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss,il-kriterji li jirrappreżentaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża kif ukoll l-ippeżar tagħhom jew, fejn adatt, għandha tkun indikata l-ordni ta’ importanza ta’ dawk il-kriterji, fejn dawn ma jidhrux fl-ispeċifikazzjonijiet.
20. Fejn adatt, id-data/i u r-referenza/i għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-avviż informattiv perjodiku jew tal-avviż tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż fuq il-profil ta’ xerrej li l-kuntratt jirreferi għalih.
21. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limiti ta’ żmien għat-tressiq ta’ appelli, jew, jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz tal-posta elettronika tad-dipartiment li minnu tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
22. Data ta’ meta l-entità kontraenti bagħtet l-avviż.
23. Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.
B. Proċeduri Ristretti.
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
2. L-attività ewlenija mwettqa.
3. Fejn ikun adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.
4. In-natura tal-kuntratt (provvisti, xogħlijiet jew servizzi, fejn adatt, dikjarazzjoni jekk huwiex ftehim qafas), deskrizzjoni (Kodiċi CPV). Fejn adatt, dikjarazzjoni dwar jekk l-offerti humiex mitluba għal xiri, kiri jew xiri bin-nifs jew taħlita ta’ dawk.
5. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ konsenja jew twettiq ta’ provvisti jew ta’ servizz.
6. Għal provvisti u xogħlijiet:
   (a) in-natura u l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu fornuti (Kodiċi CPV), inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni sabiex jinxtraw il-prodotti li għandhom jinxtraw jew in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti u n-natura ġenerali tax-xogħol (kodiċi CPV);
   (b) indikazzjoni dwar jekk il-fornituri jistgħux jagħmlu offerti għal uħud mill-prodotti u, jew għall-prodotti kollha meħtieġa:
      Iżda, għal kuntratti ta’ xogħlijiet, ix-xogħol jew il-kuntratt jinqasam f’diversi lottijiet, l-ordni tad-daqs tal-lottijiet differenti u l-possibbiltà ta’ offerta għal waħda jew ħafna mil-lottijiet jew għal-lottijiet kollha;
   (ċ) l-informazzjoni li tikkonċerna l-iskop tax-xogħol jew tal-kuntratt fejn dan tal-aħħar jinvolvi t-tfassil tal-proġetti wkoll.
7. Għal servizzi:
   (a) in-natura u l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu fornuti, inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni għas-servizzi li għandhom jinxtraw;
   (b) indikazzjoni dwar jekk it-twettiq tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari;
   (ċ) referenza għal-liġi, għar-regolament jew id-dispożizzjoni amministrattiva;
   (d) indikazzjoni dwar jekk il-persuni ġuridiċi għandhomx jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal li għandu jkun responsabbli mit-twettiq tas-servizz;
   (e) indikazzjoni dwar il-fornituri tas-servizz jistgħu jagħmlu offerti għal parti mis-servizzi kkonċernati.
8. Fejn dan ikun magħruf, indikazzjoni dwar jekk teżistix awtorizzazzjoni għall-preżentazzjoni ta’ varjanti.
9. Limiti taż-żmien għall-konsenja jew it-tlestija jew id-dewmien tal-kuntratt u, sa fejn ikun possibbli, għall-bidu ta’ dan.
10. Fejn ikun adatt, il-forma legali li għandha tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li ngħataw il-kuntratt.
11. (a) l-aħħar data għall-wasla ta’ talbiet għal parteċipazzjoni;
   (b) l-indirizz li għandhom jintbagħtu fuqu;
   (ċ) il-lingwa jew lingwi li għandhom jitfasslu bihom.
12. L-aħħar data li fiha jistgħu jintbagħtu stediniet għall-offerti.
13. Fejn dawn ikunu applikabbli, kwalunkwe depożitu jew garanzija meħtieġa.
14. Il-kundizzjonijiet ewlenin li jikkonċernaw il-finanzjament u l-ħlas u, jew referenzi għad-dispożizzjonijiet li dawk jinstabu fihom.
15. Informazzjoni li tikkonċerna l-pożizzjoni tal-operatur ekonomiku u l-kundizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi minimi mitluba minnu.
16. Il-kriterji msemmija fir-regolament 170 li għandhom jintużaw għall-għoti tal-kuntratt. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss, il-kriterji li jirrappreżentaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża kif ukoll l-ippeżar tagħhom jew, fejn adatt, għandha tkun indikata l-ordni ta’ importanza ta’ dawk il-kriterji, fejn dawn ma jidhrux fl-ispeċifikazzjonijiet jew mhux ser jiġu indikati fl-istedina għall-offerti.
17. Fejn adatt, il-kundizzjonijiet partikolari li t-twettiq tal-kuntratt huwa soġġett għalihom.
18. Fejn adatt, id-data/i u r-referenza/i għall-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-avviż informattiv perjodiku jew tal-avviż tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż fuq il-profil ta’ xerrej li l-kuntratt jirreferi għalih.
19. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limiti ta’ żmien għat-tressiq ta’ appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
20. Id-data li fiha l-entitajiet kontraenti bagħtu l-avviż.
21. Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.
C. Proċeduri Negozjati
1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-Internet tal-entità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizzjonali.
2. L-attività ewlenija mwettqa.
3. Fejn ikun adatt, dikjarazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex riżervat għal sessjonijiet ta’ ħidma protetti fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti jew jekk it-twettiq tiegħu huwiex riżervat fil-kuntest ta’ programmi ta’ impjiegi protetti.
4. In-natura tal-kuntratt (provvisti, xogħlijiet jew servizzi, fejn adatt, dikjarazzjoni jekk huwiex ftehim qafas), deskrizzjoni (kodiċi CPV). Fejn adatt, dikjarazzjoni dwar jekk l-offerti humiex mitluba għal xiri, kiri jew xiri bin-nifs jew taħlita ta’ dawk.
5. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ konsenja jew twettiq ta’ provvisti jew ta’ servizz.
6. Għal provvisti u xogħlijiet:
   (a) in-natura u l-kwantità ta’ prodotti li għandhom jiġu fornuti (kodiċi CPV), inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni sabiex jinxtraw il-prodotti li għandhom jinxtraw jew in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti u n-natura ġenerali tax-xogħol (kodiċi CPV);
   (b) indikazzjoni dwar jekk il-fornituri jistgħux jagħmlu offerti għal uħud mill-prodotti u, jew għall-prodotti kollha meħtieġa:
      Jekk, għal kuntratti ta’ xogħlijiet, ix-xogħol jew il-kuntratt jinqasam f’diversi lottijiet, l-ordni tad-daqs tal-lottijiet differenti u l-possibbiltà ta’ offerta għal waħda jew ħafna mil-lottijiet jew għal-lottijiet kollha;
   (ċ) Għall-kuntratti ta’ xogħlijiet: informazzjoni li tirrigwarda l-iskop tax-xogħol jew tal-kuntratt fejn dan tal-aħħar jinvolvi wkoll it-tfassil ta’ proġetti.
7. Għal servizzi:
   (a) in-natura u l-kwantità tas-servizzi li għandhom jiġu fornuti, inkluża kwalunkwe għażla għal xiri ulterjuri u, jekk dan ikun possibbli, stima taż-żmien disponibbli għat-twettiq ta’ dawk l-għażliet kif ukoll in-numru ta’ kemm-il darba seħħ tiġdid, jekk ikun hemm. Fil-każ ta’ kuntratti rikorrenti, jekk din tkun possibbli, anke stima taż-żmien għas-sejħiet sussegwenti għal kompetizzjoni għas-servizzi li għandhom jinxtraw;
   (b) indikazzjoni dwar jekk it-twettiq tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari;
## (ċ) ir-referenza tal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva;
   (d) indikazzjoni dwar jekk il-persuni ġuridiċi għandhomx jindikaw l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali tal-persunal li għandu jkun responsabbli mit-twettiq tas-servizz;
   (e) indikazzjoni dwar il-fornituri tas-serivizz jistgħu jagħmlu offerti għal parti mis-servizzi kkonċernati.
8. Fejn dan ikun magħruf, indikazzjoni dwar jekk teżistix awtorizzazzjoni għall-preżentazzjoni ta’ varjanti.
9. Limiti taż-żmien għall-konsenja jew it-tlestija jew id-dewmien tal-kuntratt u, sa fejn ikun possibbli, għall-bidu ta’ dan.
10. Fejn ikun adatt, il-forma legali li għandha tittieħed mill-grupp ta’ operaturi ekonomiċi li ngħataw il-kuntratt.
11. (a) l-aħħar data għall-wasla ta’ talbiet għal parteċipazzjoni;
   (b) l-indirizz li għandhom jintbagħtu fuqu;
   (ċ) il-lingwa jew lingwi li għandhom jitfasslu bihom.
12. Fejn ikun adatt, kwalunkwe depożiti u garanziji meħtieġa.
13. Il-kundizzjonijiet ewlenin li jikkonċernaw il-finanzjament u l-ħlas u, jew referenzi għad-dispożizzjonijiet li dawk jinstabu fihom.
14. Informazzjoni li tikkonċerna l-pożizzjoni tal-operatur ekonomiku u l-kundizzjonijiet ekonomiċi u tekniċi minimi mitluba minnu.
15. Il-kriterji msemmija fir-regolament 170 li għandhom jintużaw għall-għoti tal-kuntratt. Ħlief fejn tiġi identifikata l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża abbażi tal-prezz biss,il-kriterji li jirrappreżentaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża kif ukoll l-ippeżar tagħhom jew, fejn adatt, għandha tiġi indikata l-ordni ta’ importanza ta’ dawn il-kriterji, fejn dawk ma jidhrux fl-ispeċifikazzjonijiet jew li mhumiex ser jiġu indikat fl-istedina għan-negozjar.
16. Fejn ikun adatt, l-ismijiet u l-indirizzi tal-operaturi ekonomiċi diġà magħżula mill-entità kontraenti.
17. Fejn adatt, il-kundizzjonijiet partikolari li t-twettiq tal-kuntratt huwa soġġett għalihom.
18. Fejn ikun adatt, id-dati u r-referenza/i tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-avviż informattiv perjodiku jew tal-avviż tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż fuq il-profil ta’ xerrej li l-kuntratt jirreferi għalih.
19. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn adatt, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża li tikkonċerna l-limiti ta’ żmien għat-tressiq ta’ appelli, jew, jekk ikun hemm il-bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.
20. Data ta’ meta l-entità kontraenti bagħtet l-avviż.
21. Kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra.
