# L.S. 601.05, Skeda 10. Karatteristiċi li jikkonċernaw il-Pubblikazzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/skeda-10 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/schedule-10
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

1. Pubblikazzjoni ta’ avviżi
L-avviżi msemmija fir-regolamenti 63, 64, 65, 68 135 u 169 għandhom jintbagħtu mill-entitajiet kontraenti lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u jiġu ppubblikati skont ir-regoli li ġejjin:
   (a) L-avviżi msemmija fir-regolamenti 63, 64, 65, 68 135 u 169 għandhom jiġu ppubblikati mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea mill-entitajiet kontraenti fil-każ ta’ avviż indikattiv perjodiku ppubblikat fuq profil ta’ xerrej skont ir-regolament 63.
      Barra minn hekk, l-entitajiet kontraenti jistgħu jippubblikaw din l-informazzjoni fuq l-Internet fuq "profil ta’ xerrej" kif imsemmi fil-punt 2(b) aktar ‘l isfel;
   (b) L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ser jagħti lill-entità kontraenti l-konferma msemmija fit-tieni subparagrafu tar-regolament 66(4).
2. Pubblikazzjoni ta’ informazzjoni komplementari jew addizzjonali
   (a) ħlief meta previst mod ieħor fir-regolament 72(4) u (5), l-entitajiet kontraenti għandhom jippubblikaw id-dokumenti tal-akkwist fit-totalità tagħhom fuq l-Internet;
   (b) il-profil ta’ xerrej jista’ jinkludi avviżi indikattivi perjodiċi kif imsemmi fir-regolament 63, informazzjoni dwar stediniet kurrenti għal offerti, xiri skedat, kuntratti konklużi, proċeduri kkanċellati u kwalunkwe informazzjoni ġenerali utli, bħal punt ta’ kuntatt, telefon u numru tal-fax, indirizz postali u indirizz tal-posta elettronika. Il-profil tax-xerrej jista’ jinkludi wkoll avviżi indikattivi perjodiċi użati bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni, li huma ppubblikati fil-livell nazzjonali skont ir-regolament 67.
3. Il-format u l-proċeduri għat-trażmissjoni elettronika ta’ avviżi
Il-format u l-proċedura sabiex jintbagħtu l-avviżi b’mod elettroniku kif stabbilit mill-Kummissjoni huma aċċessibbli fl-indirizz fuq l-http://simap.eu.int.
