# L.S. 601.05, regolament 99. Limiti ta’ żmien fuq it-talbiet għal parteċipazzjoni

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/99 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/99
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt
- Amended by: A.L. 26 tal-2018

Bħala regola ġenerali, il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jiġi ffissat għal mhux inqas minn tletin jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż ta’ kuntratt fil-każ ta’ offerti b’valur stmat li jilħaq jew li jaqbeż il-valuri fl-Iskeda 5, jew minn meta ġiet ippubblikata s-sejħa għal kompetizzjoni jew, fejn jintuża avviż perjodiku indikattiv bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni, l-istedina għall-konferma tal-interess intbagħtet u għandu jkun f’kull każ mhux inqas minn ħmistax-il ġurnata.
