# L.S. 601.05, regolament 98. Sottomissjoni mill-offerent

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/98 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/98
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

Kull operatur ekonomiku jista’, f’proċeduri negozjati b’sejħa minn qabel għal kompetizzjoni, jissottometti talba għal parteċipazzjoni bi tweġiba għal sejħa għall-kompetizzjoni billi jipprovdi l-informazzjoni dwar is-selezzjoni kwalitattiva li tkun mitluba mill-entità kontraenti.
