# L.S. 601.05, regolament 94. Limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/94 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/94
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Bħala regola ġenerali, il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jiġi ffissat għal mhux inqas minn tletin jum mid-data li fiha ntbagħatet l-istedina għall-konferma tal-interess u fl-ebda eventwalità ma jista’ jkun inqas minn ħmistax-il ġurnata skont il-każ.
(2) Meta l-valur stmat tal-proċedura ristretta tilħaq jew taqbeż il-valuri stabbiliti fl-Iskeda 5, il-limitu ta’ żmien stabbilit fis-subregolament (1) għandu jibda jiddekori mid-data li fiha nbagħat l-avviż ta’ kuntratt lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
