# L.S. 601.05, regolament 92. Eżami ta’ offerti f’proċeduri miftuħa

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/92 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/92
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

Fi proċeduri miftuħa, l-entitajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li jeżaminaw l-offerti qabel ma jivverifikaw l-adattabbiltà tal-offerti, sakemm jiġu osservati d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-regolamenti 84, 85, 164 sa 171 u 174, inkluża r-regola li l-kuntratt ma għandux jingħata lil offerent li kellu jiġi eskluż skont ir-regolament 164 jew li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-kriterji tal-għażla stabbiliti mill-entità kontraenti f’konformità mar-regolamenti 165(1) u 164.
