# L.S. 601.05, regolament 9. Ilma

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/9 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/9
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Għal dak li jirrigwarda l-ilma, dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-attivitajiet li ġejjin:
   (a) il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba sabiex jipprovdu servizz lill-pubbliku b’rabta mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta’ ilma tajjeb għax-xorb;
   (b) il-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb lil netwerks bħal dawn.
(2) Dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw ukoll għal kuntratti jew kompetizzjonijiet ta’ disinn mogħtija jew organizzati minn entitajiet kontraenti li jwettqu attività msemmija fis-subregolament (1) u li:
   (a) huma konnessi ma’ proġetti ta’ inġinerija idrawlika, irrigazzjoni jew drenaġġ tal-art, dment li l-volum ta’ ilma li għandu jintuża għall-provvista ta’ ilma tajjeb għax-xorb ikun jirrappreżenta aktar minn għoxrin fil-mija tal-volum totali ta’ ilma mqiegħed għad-dispożizzjoni minn dawn il-proġetti jew minn installazzjonijiet għall-irrigazzjoni jew id-drenaġġ,
   (b) huma konnessi mar-rimi u t-trattament tad-drenaġġ.
(3) Il-provvista, minn entità kontraenti li mhijiex awtorità kontraenti, ta’ ilma tajjeb għax-xorb lil netwerks fissi li jipprovdu servizz lill-pubbliku ma għandhiex titqies bħala attività rilevanti fit-tifsira tas-subregolament (1) fejn:
   (a) il-produzzjoni ta’ ilma tajjeb għax-xorb minn dik l-entità kontraenti ssir peress li l-konsum tiegħu huwa neċessarju għat-twettiq ta’ attività, minbarra dawk imsemmija fir-regolamenti 7 sa 10;
   (b) il-provvista lin-netwerk pubbliku tiddependi biss mill-konsum ta’ dik l-entità kontraenti stess u ma tkunx qabżet it-tletin fil-mija tal-produzzjoni totali ta’ ilma tajjeb għax-xorb ta’ dik l-entità kontraenti, fuq il-bażi tal-medja tat-tliet snin preċedenti, inkluża s-sena kurrenti.
