# L.S. 601.05, regolament 85. L-offerta valida

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/85 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/85
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Bla ħsara għat-Taqsima VI u r-regolament 168(6), l-awtorità kontraenti għandha tiżgura li operatur ekonomiku għandu ab initio ikun eliġibbli li jikkwalifika għal offerta u għandu konsegwentement ikollu fil-pussess tiegħu l-ħtiġiet stipulati fid-dokumenti ta’ akkwist sad-data tal-għeluq tas-sottomissjoni tiegħu.
(2) Fejn l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni li għandha tiġi sottomessa mill-operaturi ekonomiċi tkun jew tidher li tkun mhux kompleta jew żbaljata, jew fejn dokumenti speċifiċi ikunu nieqsa, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu, lill-operaturi ekonomiċi kkonċernati li jissottomettu, jissupplementaw, jikkjarifikaw jew jimlew l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni rilevanti f’limitu ta’ żmien: Iżda dawn it-talbiet għandhom isiru b’konformità sħiħa mal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza.
(3) L-offerta finanzjarja ma tistax tinbidel bl-eċċezzjoni għal korrezzjoni ta’ żbalji aritmetiċi evidenti kif permess fid-dokument ta’ akkwist.
(4) L-entitajiet kontraenti għandhom jivverifikaw li l-offerti ppreżentati mill-offerenti magħżula jikkonformaw mar-regoli u r-rekwiżiti applikabbli għall-offerti u jagħtu l-kuntratt fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fir-regolamenti 170 u 174, b’kont meħud tar-regolament 175.
