# L.S. 601.05, regolament 81. Gruppi ta’ operaturi ekonomiċi

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/81 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/81
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, inklużi assoċjazzjonijiet temporanji, jistgħu jipparteċipaw fil-proċeduri tal-akkwist. Huma m’għandhomx jintalbu ikollhom forma legali speċifika mill-entitajiet kontraenti sabiex jippreżentaw offerta jew talba ta’ parteċipazzjoni.
(2) Fejn meħtieġ, l-entitajiet kontraenti jistgħu jiċċaraw fid-dokumenti tal-akkwist kif il-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi għandhom jilħqu l-kriterji u r-rekwiżiti għas-selezzjoni kwalitattiva u kwantitattiva msemmija fir-regolamenti 164 sa 169 dment li dan ikun ġustifikat b’ raġunijiet oġġettivi u proporzjonat.
(3) Kwalunkwe kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratt minn tali gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, li huma differenti minn dawk imposti fuq parteċipanti individwali, għandhom ukoll ikunu ġġustifikati b’raġunijiet oġġettivi u għandhom ikunu proporzjonati.
(4) L-entitatjiet kontraenti jistgħu jeħtieġu li l-gruppi ta’ operaturi ekonomiċi jassumu forma ġuridika speċifika ladarba jkunu ngħataw il-kuntratt, sa fejn tali bidla tkun meħtieġa għat-twettiq sodisfaċenti tal-kuntratt.
