# L.S. 601.05, regolament 8. Elettriku

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/8 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/8
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) Sa fejn huwa kkonċernat l-elettriku, dawn ir-regolamenti għandhom japplikaw għall-attivitajiet li ġejjin:
   (a) il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku f’konnessjoni mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta’ elettriku;
   (b) il-provvista ta’ elettriku lil dawn in-netwerks.
(2) Il-provvista, minn entità kontraenti li mhijiex awtorità kontraenti, ta’ elettriku lil netwerks li jipprovdu servizz lill-pubbliku ma għandhiex titqies bħala attività rilevanti fit-tifsira tas-subregolament (1) fejn jiġu sodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
   (a) il-produzzjoni ta’ elettriku minn dik l-entità kontraenti ssir peress li l-konsum tiegħu huwa neċessarju għat-twettiq ta’ attività, minbarra dawk kif imsemmija fis-subregolament (1), jew fir-regolamenti 7, 9 u 10;
   (b) il-provvista lin-netwerk pubbliku tiddependi biss mill-konsum ta’ dik l-entità kontraenti stess u ma tkunx qabżet it-tletin fil-mija tal-produzzjoni totali ta’ enerġija ta’ dik l-entità kontraenti, fuq il-bażi tal-medja tat-tliet snin preċedenti, inkluża s-sena kurrenti.
