# L.S. 601.05, regolament 78. Rapporti tat-test, ċertifikazzjoni u mezzi oħra ta’ prova

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/78 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/78
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt

(1) L-entitajiet kontraenti jistgħu jesiġu li l-operaturi ekonomiċi jipprovdu rapport tat-test minn korp għall-valutazzjoni tal-konformità jew ċertifikat maħruġ minn tali korp bħala mezz ta’ prova ta’ konformità mar-rekwiżiti jew kriterji stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għoti jew fil-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.
(2) Fejn l-entitajiet kontraenti jirrikjedu l-preżentazzjoni ta’ ċertifikati mfasslin minn korp għall-valutazzjoni tal-konformità speċifiku, l-entitajiet kontraenti għandhom jaċċettaw ukoll ċertifikati minn korpi għall-valutazzjoni tal-konformità ekwivalenti oħrajn.
(3) L-entitajiet kontraenti għandhom jaċċettaw mezzi adatti oħra ta’ prova li huma differenti minn dawk imsemmija fis-subregolamenti (1) u (2), bħal dossier tekniku tal-manifattur, fejn l-operatur ekonomiku konċernat ma kellux aċċess għaċ-ċertifikati jew għar-rapporti dwar l-ittestjar imsemmija fis-subregolamenti (1) u (2), jew l-ebda possibilità li jiksibhom fil-limiti taż-żmien rilevanti, sakemm in-nuqqas ta’ aċċess mhuwiex attribwibbli lill-operatur ekonomiku konċernat u sakemm l-operatur ekonomiku konċernat jagħti prova li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jissodisfaw ir-rekwiżiti jew il-kriterji stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għoti jew fil-kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.
