# L.S. 601.05, regolament 73. Stediniet lill-kandidati

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/73 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/73
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt
- Amended by: A.L. 26 tal-2018

(1) Fi proċeduri ristretti, proċeduri ta’ djalogi kompetittivi, sħubijiet għall-innovazzjoni u proċeduri negozjati b’sejħiet għal kompetizzjoni minn qabel, b’mod simultanju u bil-miktub, l-entitajiet kontraenti għandhom jistiednu lill-kandidati magħżula sabiex jippreżentaw l-offerti tagħhom, jieħdu sehem fid-djalogu jew jinnegozjaw.
(2) L-istediniet imsemmija fis-subregolament (1) għandhom jinkludu referenza għall-indirizz elettroniku li fih id-dokumenti tal-akkwist tqiegħdu għad-dispożizzjoni diretta b’mezzi elettroniċi. L-istediniet għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokumenti tal-akkwist, fejn dawk id-dokumenti ma jkunux is-suġġett ta’ aċċess dirett mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u mingħajr ħlas, għar-raġunijiet stipulati fir-regolament 72(2) u (3) jew 72(4) u (5) u ma jkunux saru disponibbli b’xi mod ieħor. Barra minn hekk, l-istediniet imsemmijin fis-subregolament (1) għandhom jinkludu l-informazzjoni stipulata fl-Iskeda 13.
(3) Fejn jintuża avviż perjodiku indikattiv bħala sejħa għal kompetizzjoni skont ir-regolament 89(2)(a), b’mod simultanju u bil-miktub, l-entitajiet kontraenti għandhom jistiednu lill-operaturi ekonomiċi li jkunu wrew l-interess tagħhom sabiex jikkonfermaw l-interess kontinwat tagħhom.
