# L.S. 601.05, regolament 71. Komunikazzjoni ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi

- URL: https://procurelex.mt/mt/utilitajiet/71 · English: https://procurelex.mt/en/utilities/71
- Regolamenti dwar Akkwist Pubbliku ta’ Entitajiet li joperaw fis-Setturi tas-Servizzi tal-Ilma, l-Enerġija, it-Trasport u Postali (L.S. 601.05), consolidated version in force from 2024-01-01; official text (prevails): https://legislation.mt/eli/sl/601.5/mlt
- Amended by: A.L. 26 tal-2018

(1) Fuq talba tal-operaturi ekonomiċi interessati li jiksbu kuntratt, l-entitajiet kontraenti għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija regolarment fil-kuntratti tagħhom ta’ provvista, xogħlijiet jew servizzi jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li biħsiebhom japplikaw għal kuntratti li s-sejħa għal kompetizzjoni tagħhom hija avviż perjodiku indikattiv. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni b’mezzi elettroniċi permezz ta’ aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ, dirett u mingħajr ħlas.
(2) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu trasmessi permezz ta’ mezzi oħra li mhux mezzi elettroniċi fejn aċċess mingħajr restrizzjonijiet sħiħ, dirett u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għal ċerti dokumenti tal-akkwist ma jistax jiġi offrut għal waħda mir-raġunijiet imniżżla fir-regolament 70(1) sa (6) jew fejn l-aċċess mhux ristrett, sħiħ, dirett u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għal ċerti dokumenti tal-akkwist ma jistx jiġi offrut minħabba li l-entitajiet kontraenti beħsiebhom japplikaw ir-regolament 62(3).
(3) Fejn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jkunu bbażati fuq dokumenti disponibbli għall-operaturi ekonomiċi b’mezzi elettroniċi permezz ta’ aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ, dirett u mingħajr ħlas, l-inklużjoni ta’ referenza għal dawk id-dokumenti għandha tkun biżżejjed.
